rapport – Page 2 – One News

Notifiki

Uffiċjali: Busuttil ma jridx rapport tat-telfa

Minkejja l-ikbar telfa elettorali fl-istorja politika riċenti ta’ pajjiżna, il-Partit Nazzjonlista ikkonferma li mhux interessat li jagħmel rapport tat-telfa.

Kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal ma’ The Malta Independent, li m’hemmx bżonn li l-Partit jagħmel rapport kull darba li jitlef elezzjoni ġenerali.

Dan minkejja li l-Partit Nazzjonalista, li kien tilef b’35,107 vot fl-2013 kompla jfalli u jkabbar id-distakk fl-elezzjoni tal-2017, b’ differenza ta’ 35,280 vot mill-Partit Laburista.

L-istess gazzetta irrappurtat kif, qabel din il-konferma, Simon Busuttil kien diġa għamilha ċara li kien determinat li mhemmx bżonn ta’ rapport tat-telfa għaliex il-Partit kien diġa identifika liem żbalji saru fl-aħħar kampanja elettorali

Għalkemm għal uħud din id-deċiżjonijiet ma kinitx sorpriża, fid-dawl li l-aħħar rapport li sar tħalla fuq l-ixkaffa

Aqra aktar

Ma jridux li jsir rapport tat-telfa

Il-Perit Michael Falzon, eks Ministru Nazzjonalista, iddikjara li din id-darba l-Partit Nazzjonalista tant għaddej b’eżerċizzju li jipprova jitfa’ t-tort tat-telfa fuq ħaddieħor li lanqas indenja jikkummisjona rapport tat-telfa.

Dikjarazzjoni li kienet riflessa f’kummenti ta’ deputati nazzjonalisti li kienu mitluba jikkummentaw dwar jemmnux li għandu jsir rapport ta’ dan it-tip. Qalu li le u li mhux prijorità.

Aqra aktar

Il-festa tar-raħal qed tressaq aktar Maltin lejn il-kultura

Skont statistika ġdida dwar il-parteċipazzjoni kulturali maħruġa fl-2016 mill-Kunsill Malti għall-Arti, 91% mill-popolazzjoni adulta ta’ Malta ħadet sehem f’attività kulturali. L-istħarriġ fuq il-popolazzjoni li twettaq mill-Uffiċju Nazzjonali għall-Istatistika f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 jitfa’ ħarsa fuq bosta karatteristiċi assoċjati mal-involviment tan-nies f’attivitajiet kulturali.

Aqra aktar

IMF: Il-politika tal-Gvern wasslet biex Malta tkun fost l-aħjar ekonomiji fl-Ewropa

Fir-rapport annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Fond Monetarju Internazzjonali sostna li Malta hija waħda mill-iktar ekonomiji fl-Ewropa li qed tikber b’rata mgħaġġla, intqal hekk fi stqarrija maħruġa mill-Gvern ta’ Malta.

Fl-analiżi tal-esperti tal-IMF, fil-fatt, jingħad li Malta has recorded robust growth in recent years, filwaqt li jinnutaw further progress with structural reforms supported solid job creation, particularly in services, and reduced unemployment to record-lows. L-IMF tgħid li this strong performance, together with fiscal discipline, contributed to continued deficit and public debt reduction.

Aqra aktar

837 rapport ta’ persuni nieqsa fl-2016 – 16 għadhom ma nstabux

Matul is-sena 2016 saru 837 rapport lill-Pulizija rigward persuni li sfaw nieqsa. Minn dawn 16-il persuna għadha nieqsa filwaqt li 821 instabu jew irritornaw waħedhom.

Minn 837 persuna, 602 kienu tas-sess femminili filwaqt li 235 kienu tas-sess maskili. Bl-akbar ammont ta’ persuni nieqsa jkunu bejn l-etajiet ta’ 15 u l-20 sena.

Aqra aktar

San Ġiljan bl-iktar rapporti ta’ serq pick-pocketing

Is-sena l-oħra l-Pulziija rċevew 2,447 rapport dwar każijiet ta’ pick-pocketing, bil-lokalità San Ġiljan tkun l-aktar waħda li kien hemm rapporti b’total ta’ 861. It-Tieni lokalità bl-akbar ammont ta’ rapporti hi tas-Sliema b’total ta’ 657 u t-tielet lokalità bl-iktar ammont ta’ rapporti li saru dwar pick-pocketing hi l-Belt Valletta b’313-il rapport.

Din l-informazzjoni ħarġet wara li l-Ministru Carmelo Abela ġie mistoqsi kemm kien hemm rapporti ta’ pick-pocketing f’kull lokalità rispettiva u x’kienu l-oġġetti li nsterqu mid-deputat Anthony Agius Decelis.

Aqra aktar

Malta bl-ogħla tkabbir ekonomiku minn meta daħlet fl-UE

It-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ iktar qawwi mill-medja Ewropea u l-qgħad se jibqa fl-iktar livelli baxxi. Id-defiċit se jerġa’ jitjieb ukoll.

Dawn il-konklużjonijiet tat-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat dalgħodu li nnota kif 4% l-ekonomija reġgħet kellha tkabbir sostanzjali s-sena li għaddiet. Dan it-tkabbor huwa mbassar li jerġa’ jiġri din is-sena u s-sena d-dieħla bil-konsum privat jibqa’ wieħed b’saħħtu.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li kien rivedut it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għall-2014 u l-2015. Dan laħaq il-livelli ta’ 7.9%. L-ogħla minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Innotata wkoll it-tnedija tal-Bank Malti għall-Iżvilupp, bil-Kummissjono Ewropea tgħid li dan se jwassal għal iktar investiment dinamiku.

Send this to a friend