rahal il-gdid – One News

Notifiki

Jinkwieta għax mhux se jmur jixrob ma’ sħabu

Żagħżugħ ta’ dsatax-il sena tagħtu rasu wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest iżda kellu d-dubji dwar il-kundizzjonijiet imposti minħabba li ried joħroġ bil-lejl jixrob ma’ sħabu.

Iż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid jinsab mixli li saq karozza misruqa.

Il-każ allegatament ġara fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu meta ż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, saq karozza tat-tip Ford Escort.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ ħames t’elef ewro filwaqt li l-Maġistrat malajr qaltlu jinsa x-xorb u l-ħruġ bil-lejl ma’ sħabu għaliex qaltlu li jrid jingħalaq f’daru bil-lejl.

Send this to a friend