ragħad | One News

Notifiki

Stenna xita bir-ragħad aktar tard illum!

Pajjiżna mistenni jintlaqat minn maltempata aktar tard illum. Dak skont rapporti mill-Uffiċċju Metereoloġiku, li qed ibassar xita u ragħad fuq Malta għall-ħabta tal-17:00.

Dan filwaqt li ħareġ ukoll twissija ta’ riħ qawwi bejn illejla u għada, li se jikkawża mewġ qawwi mal-kosta Maltija.Aqra aktar

Iwissu lill-għawwiema minħabba l-maltemp

Fi twissija li ħarġu s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed jesiġu lill-pubbliku biex ma jgħumx  f’żoni li hemm il-bandiera ħamra doppja mtella’. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed twissi li jista’ jkun hemm sajjetti li jmissu mal-baħar u li huma perikolużi.

Importanti li l-pubbliku jobdi dawn l-istruzzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn. Dan l-avviż huwa wkoll estiż għal dawk in-nies li qed jgħumu f’żoni fejn ma hemmx ħaddiema tas-salvatagg.

Xita bir-ragħad għal għada

Jidher li għada se tilħaqna x-xita, possibbilment bir-ragħad mal-ġurnata.

Dan tħabbar fuq is-sit FirstMalta (ara: http://www.firstmalta.com) fejn saħqet li se jilħaq lill-gżejjer tagħna, riħ Nofsinhar li jsir Punent b’Forza 4 sa 5.

L-ogħla temperaturi mistennija jkunu ta’ 14C waqt li l-inqas, mistennija tkun dik ta’ 10C.

Dan qed jiġri hekk kif bħalissa sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq l-Italja se tkun qed tersaq iktar lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil gżejjer Maltin. Dan se jwassal sabiex it-temp instabbli jkompli jolqotna. Dan ġie msemmi mill-Universita’ ta’ Berlin li għandha l-awtorita’ li ssemmi s-sistemi ta’ pressjoni baxxa u għolja fuq iż-żona tal-Ewropa Ċentrali  qed issejjaħ din is-sistema li se tkun qed taffetwana fil-ġranet li ġejjin bħala ‘Sabine’, il-verżjoni tal-isem ‘Sabrina’ bil-Ġermaniż.

 

Capture

 

Ċans ta’ ragħad nhar il-ġimgħa

Is-Sit FirstMalta qed jindika li skond l-aħħar indikazzjonijiet tat-tbassir tat-temp qed jidher li ammont ta’ xita se tilħaqna nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar u dan hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa se titla’ mit-Tramuntana tal-Afrika u tersaq ‘l fuq.

Ix-xita mistennija tkun akkumpanjata wkoll minn xi ragħad li minn ħin għall-ieħor jista’ jilħaq fuq il-gżejjer Maltin ukoll.

Segwu aktar fuq: http://www.firstmalta.com

Rajtu r-ragħad?

“Ġunju f’Malta” – hekk kiteb fuq Facebook il-fotografu Mario Caruana, filwaqt li akkumpanja din il-kitba bi tliet ritratti mill-isbaħ.

Taħsibhom ittieħdu fl-eqqel tax-xitwa.Aqra aktar

Send this to a friend