Rabat – One News

Notifiki

Ir-Rabat b’sindku Laburista ġdid u b’kunsillier b’diżabilità

Ir-Rabat għażel lill-Partit Laburista biex imexxih fil-ħames snin li ġejjin. Sandro Craus kien ikkonfermat bħala sindku, filwaqt li ż-żagħżugħ Matthew Chetcuti ġie elett fil-kunsill lokali. Chetcuti kien wieħed minn numru ta’ kandidati f’isem il-Partit Laburista li għandhom diżabilità.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Chetcuti qal li dan il-vot ifisser li r-Rabtin ma ħarsux lejn id-diżabilità tiegħu iżda lejn dak li kapaċi jagħmel.

 

RITRATTI: Ir-Rabat b’parata għal żmien il-Milied

Il-Ħadd filgħodu saret għall-ewwel darba l-parata tal-Milied madwar it-toroq Rabtin, bis-sehem tal-banda u l-Girl Guides tar-Rabat.

Bħala parti mill-istess attività, bis-sehem ta’ diversi annimali, u personaġġi bħall-ħassiela tal-ħwejjeġ, il-ħaddied, u l-mastrudaxxa, iz-zuntier storiku tal-knisja ta’ San Pawl inbidel fi presepju ħaj xempju tar-raħal ta’ Betlem fl-epoka ta’ 2,000 sena ilu.Aqra aktar

Jgħatti l-pjanċi tal-karozza b’ċarruta biex ma jinqabadx mill-kameras fir-Rabat

Egoiżmu minn sewwieq li pparkja l-karozza tiegħu f’post li suppost jitħalla vojt bil-konsegwenza li ħaddieħor li juża l-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabbilità li jinsab maġenb fejn ipparkja s-sid, ma setax jinqeda u jitla’ fil-vann tiegħu.

Iżjed minn hekk, sid il-karozza għatta l-pjanċi b’ċarruta biex ma jinqabadx mill-kameras u ħaseb biss fih innifsu. Dan huwa aġir kundanabbli.

BIL-FILMAT: Presbiterju ġdid għall-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat

Xewqa tar-Rabtin li tmur lura għall-aktar minn 50 sena sa’ mill-Konċilju Vatikan II, qed issir realta’. Dan hekk kif bħalissa għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet fuq presbiterju akbar għall-Knisja Arċipretali u Kolleġjata ta’ San Pawl fir-Rabat; sabiex isir altar mejda fiss tal-irħam li jkompli jżejjen dan it-tempju maestuż iddedikat lill-Appostlu San Pawl.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Daqqa ta’ ħarta oħra għal missier u iben fir-Rabat

“Lejl tal-biża’. Qas niflaħ nitkellem. Ġejt hawn, u sibt kollox vampa nar.”  Hekk stqarr Xmun Azzopardi ta’ 77 sena, sid ta’ razzett tal-baqar fir-Rabat, wara li r-razzett li minnu, flimkien ma’ ibnu, jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum, matul il-lejl li għadda ħa n-nar. Dan b’konsegwenza li nqerdu b’erbgħin elf ewro f’balal tat-tiben.

Aqra aktar

Send this to a friend