qtil – Page 7 – One News

Notifiki

L-aħħar żviluppi dwar il-qtil ta’ Sylvester Farrugia

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Deniro Magri li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Sylvester Farrugia. Fil-Qorti nstema’ kif il-balla li allegatament ġiet sparata minn dar fil-Marsa fid-direzzjoni taż-żewġt irġiel li kienu qed jipprovvaw iqabdu l-bieb tad-dar tal-vittma Sylvester Farrugia ma għaddietx minn ġol katavru u għalhekk tneħħiet waqt l-awtopsja.

Aqra aktar

Żagħżugħ ta’ 15-il sena jinqatel minn Pulizija

Pulizija qed jiġi akkużat li qatel żagħżugħ ta’ 15-il sena wara sparatura. Huma mifhum li ż-żagħżugħ kien f’karozza li kienet ħierġa minn dar f’Dallas. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu hekk kif Roy Oliver spara fid-direzzjoni ta’ din il-karozza u qatel lil Jordan Edwards b’tir f’rasu.

Aqra aktar

QTIL ĦAMRUN: Wara li ħuha miet f’idejha, pruvat ittajjar l-aggressuri

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Kurt Grech ta’ 23 sena u missieru Joseph li huma mixlija bil-qtil ta’ Brandon Pace, li kien magħruf bħala tal-Gallali. Pace nqatel b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-2 ta’ April f’residenza l-Ħamrun. Huwa nqatel wara argument dwar it-tifel tal-ex-tfajla tal-akkużat, Jessica Bilocca.

Aqra aktar

L-aggressur ta’ Pariġi ħalla dokumenti fil-karozza…aktarx li kien Iżlamist radikali

L-agressur li nqatel b’tiri lbieraħ filgħaxija f’Pariġi kien indentifikat minn karti li ħalla fil-karozza, iżda l-awtoritajiet Franċiżi għadhom ma ħarġux ismu. Kellu 39 sena u kien jgħix fil-periferiji ta’ Pariġi, u kien meqjus li għandu potenzjal ta’ Iżlamist radikali. Huwa qatel Pulizija u darab tnejn oħra, qabel inqatel hu minn forzi tas-sigurtà f’Champs-Elysees.

Il-President François Hollande mistenni mistenni jindirizza laqgħa tal-Kabinett dwar is-sigurtà, qabel nhar il-Ħadd issir elezzjoni Presidenzjali.

Fir-ritratt jidhru nies  b’idejhom ‘l fuq mixjin lejn il-forzi tas-sigurtà wara li seħħ l-isparar. Huma inzertaw fuq il-post waqt l-isparar tard filgħaxija.

L-ebda arma fuq isem Deniro Magri

L-ebda arma m’hi liċenzjata fuq isem Deniro Magri. Din kienet l-aktar xhieda li spikkat fil-Qorti meta kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ ta’ qtil ta’ Sylvester Farrugia, li għalih hemm Magri akkużat.

Qtil ħesrem u devastanti

Studenta Ingliża, Hannah Bladon, mietet b’daqqiet ta’ sikkina f’Ġerusalemm, Bladon kellha biss għoxrin sena u famitha tinsab maħsuda bi kbira. Hija kienet fuq tram fil-Ġimgħa l-Kbira meta qalgħat diversi daqqiet ta’ sikkina f’sidirha.

Kienet qed tistudja fil-Hebrew University of Jerusalem u kienet sejra f’sit fejn kellhom jagħmlu xi xogħol arkejoloġiku. Hija miete l-isptar filwaqt li raġel ta’ 57 sena mill-Palestina nżamm arrestat. Dan ġibed sikkina mill-basket u beda jtiha huma u jaslu ħdejn il-belt, li bħalissa bieżla ħafna bil-Kattoliċi u Lhud.

Aqra aktar

Tinstema’ x-xhieda ta’ erba’ persuni fil-każ tal-qtil ta’ Roderick Grech

Komplew jixhdu aktar persuni fil-każ tal-omiċidju ta’ Roderick Grech, iż-żagħżugħ Naxxari ta’ sitta u għoxrin sena li miet jumejn wara li safa attakkat b’daqqiet ta’ mus.

Il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu, u Etienne Bartolo magħruf bħala “il-vojt” qed ikun akkużat bil-qtil. Akkużi li għalihom wieġeb mhux ħati.

Jean Pierre Pace, żagħżugħ minn Birkirkara li ta l-aħħar għajnuna lill-vittma, xehed kif fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, iż-żagħżugħ beda jgħajjat għall-għajnuna u jirrepeti il-frażi “il-vojt”, għalkemm stqarr li dak il-ħin ma tax kas x’ried ifisser biha.

Filfatt fil-Qorti stqarr li dak il-ħin għannaq lill-vittma u bieslu rasu bħala att ta’ wens, u ma fhemx li l-vittma seta kien qed jirreferi għal-laqam ta’ min allegatament pprova joqtlu.

Xehdet ukoll Moira Cortis – Pulizija li dak il-ħin ma kinitx xogħol, iżda li tgħix fl-inħawi; u qalet kif dak il-ħin semgħet brejkijiet tal-karozza, ħorn u għajjat.

Aqra aktar

TRAĠEDJA: jidħol fi klassi ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali, joqtol lill-eks martu u tifel ta’ tmien snin

Żewġ adulti u tifel mietu waqt sparaturi fi skola primarja f’San Bernardino, California.

L-agressur spara tiri lejn u qatel lill-eks martu, li kienet għalliema. Hu u jagħmel dan, darab żewġt’itfal li kienu wara l-mara, b’konsegwenza li wieħed minnhom miet minħabba l-feriti. Dan huwa ċ-ċkejken Jonathan Martinez, ta’ tmien snin. Wara, r-raġel spara lejh innifsu. Aqra aktar

Send this to a friend