qtil – Page 6 – One News

Notifiki

ARA: Bl-aħħar dettalji: Shannon Mak tinqatel mill-eks sieħeb tagħha

Shannon Mak, Olandiza ta’ tletin sena li kienet toqgħod l-Imsida, inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina mill-eks sieħeb tagħha fi Triq il-Mastrudaxxi f’Santa Venera.

Il-katavru tagħha nstab mill-pulizija għall-ħabta tas-sitta u kwart tal-Ġimgħa filgħodu li investigat rapporti tal-ġirien fosthom ta’ raġel li kien sejjer għax-xogħol li lemaħ il-katavru tat-tfajla mixħuta fl-art bejn żewġ karozzi fl-istess triq.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu li jidher li l-mewta tagħha ġiet ikkaġunata b’diversi daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. It-tfajla nstabet b’għonqha mħanxar.

Aqra aktar

Liam Debono lura l-Qorti b’akkużi dwar serq ta’ vetturi

Iż-żagħżugħ Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri, reġa’ lura l-Qorti mixli b’att ta’ serqiet minn vetturi.

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ serq ta’ żewġ vetturi u mutur, u li dan saħansitra saq u żamm dawn l-istess vetturi.  Sostna ukoll li mhux ħati li saq mingħajr liċenzja jew assikurazzjoni xierqa.Aqra aktar

KAŻ DCG: JIBDA JIXHED PETER CARUANA GALIZIA

14:43 – Peter Caruana Galizia temm ix-xhieda tiegħu.

Il-Kumpilazzjoni ġiet aġġornata għal għada fl-10:00am.

14:32 – Dr. Peter Caruana Galizia qal li dak in-nhar tal-Ispluzjoni hija kella appuntament l-HSBC minħabba xi problemi li kellha f’ xi kontijiet. Filwaqt li c-cheque book ħadietu minħabba li riedet tħallas il-karozza mikrija għandha wara li tlesti mill-appuntament tagħha l-HSBC. 

14:30 – Beda jixhed ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia – Dr. Peter Caruana Galizia.

Huwa qal kif il-Ħadd filgħodu ġeneralment imur dawra bir-rota, meta ġie lura martu maret tixtri l-gazetti u tieħu kafe Palazzo Pariso.

Huma ftehmu li wara l-kafe Peter u Daphne jmorru l-Furjana, filwaqt li Matthew ħa l-karozza ta’ ommu u mar għal rasu.

Il-Karozza tal-vittma hemmhekk kienet ipparkjata fil-Parking tat-Trade Fair tan-Naxxar. Matthew minkejja li kien miftiehem magħhom biex imur il-Furjana, ċemplilom u qallu li mhux sejjer għax mhux qed iħossu tajjeb.

X’ ħin waslu lura d-dar huma ma’ sabu l-ħadd, dan hekk kif Matthew mar jgħum Ta’ Sliema

Nhar id-delitt – Dr. Peter Caruana Galizia qal li ħareġ kmieni mid-dar u l-mara ma’ rahiex. Huwa qal li kien ibnu l-ieħor Andrew li daħal fl-uffiċċju legali ta’ Caruana Galizia u qalu biex imorru l-Bidnija.

X’ħin wasal fuq il-post Caruana Galizia – qal li staqsa lill-Ispettur Kurt Zahra jekk martu kinitx mietet – bl-Ispettur Zahra jwieġbu IVA.

14:18 – Waqt l-interrogazzjoni kien Vince Muscat il-Koħħu li ma’ aċċettax li jittiħidlu d-DNA, dan hekk kif l-aħwa Degiorgio aċċettaw.

Vince Muscat il-Koħħu ta d-dettalji tiegħu u ma tkellem xejn iżjed, Alfred Degiorgio wieġeb biss – li mhux se jwieġeb, filwaqt li George ċ-Ċiniż lanqas fetaħ ħalqu biex jagħti d-dettalji tiegħu, fejn huwa ppreżenta biss il-karta tal-identita’.

14:10 – Il-Pulizija kellmet ukoll persuna ta’ sess feminili li wkoll rat l-isplużjoni sseħħ quddiem għajnejha. L-Ispettur Zahra qal li ġew mitkellma wkoll in-nies li rrappurtaw fuq il-112 l-isplużjoni, fosthom persuna li kienet niezla mill-Mosta għal Burmarrad – fejn skont l-arloġġ tar-raġel il-ħin kienu 2:57pm.Aqra aktar

RaiNews jorbtu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mal-kuntrabandu taż-żejt

Il-ġurnalista Amerikana Ann Marlowe qalet fuq l-istazzjoni awtorevoli Rainews 24 li l-materjal użat biex saret il-bomba li tpoġġiet taħt il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia, maħsub li kien Semtex, kien ġej mil-Libja, speċifikament mill-port ta’ Zwara. Marlowe kienet propju l-ewwel ġurnalista li fl-2015 tkellmet dwar it-trasport ta’ fjuwil b’kuntrabandu mil-Libja lejn l-Ewropa.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat

L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat juru li għadha kif tneħħiet il-vettura li kienet qed tintuża minn Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif issa ttieħdet biex isiru aktar eżaminazzjonijiet iddettaljati. 
Ix-xena tar-reat għadha waħda ppreservata, bl-investigaturi jwesggħu ż-żona ta’ fejn qed issir l-investigazzjoni fuq iż-żona tal-Maswar.

Aqra aktar

Send this to a friend