qtil – Page 5 – One News

Notifiki

Qatel lill-maħbuba sigrieta u ż-żewġ gwardjani biex ma jinkixifx f’Sant’Anġlu…

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu hekk kif jidħol il-lejl. Żewġ żjajjar animati, ibbażati fuq ġrajjiet ta’ misteru u atti soprnaturali relatati ma’ dan il-forti storiku, se jakkumpanjaw lill-viżitaturi fuq vjaġġ waħxi li se jiżvela l-istorja mqanqla ta’ dan is-sit.
Aqra aktar

L-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Eleonor Mangion Walker jinżammu arrestati fuq każi ta’ serq

Andrew Mangion u Kristijan Zekic, l-akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker sentejn ilu, inżammu taħt arrest wara akkużi ta’ serq waqt li kienu fuq bail.
Mangion ta’ 42 sena minn San Ġwann kien akkużat li seraq flus u oġġetti minn appartamenti f’San Ġiljan u Tas-Sliema.
Zekic ta’ 36 sena mill-Qawra kien akkużat ukoll b’żewġ serqiet fit-13 ta’ Settembru u fis-17 ta’ Diċembru tal-2015.
Huwa ġie mixli wkoll li l-Erbgħa waranofsinhar attakka u rreżista uffiċċjali tal-Pulizija fil-Qawra.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja u ser jinżammu taħt arrest.

29 sena ħabs għal raġel li qatel mara u waddabha l-baħar

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenz ta’ 29 sena ħabs għal Joseph Azzopardi, r-raġel li qatel lil Therese Agius b’doża qawwija ta’ droga eroina u li wara tefagħha l-baħar.

Dan il-każ jeħodna lura għal Ottubru tal-1999, meta Azzopardi f’lejla xitwija ltaqgħa ma’ Agius għal skop ta’ prostituzzjoni.Aqra aktar

Akkużat bil-qtil ta’ familtu

Fl-Awstralja, raġel ta’ 24 sena qed jiġi akkużat bil-qtil tal-familja tiegħu wara li f’daru instabu ħames katavri fosthom dawk ta’ omm u tlett itfal bil-belt ta’ Perth.

Huwa rrappurtat li l-katavri ta’ tewmin bniet ta’ sentejn, tifla oħra ta’ tliet snin u nofs, ommhom u nannithom instabu lbieraħ.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ħanxrilha għonqha wara li wasslitu d-dar mill-Armier

Sigħat qabel instabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera, l-akkużat Jelle Rijpma u l-vittma Shannon Mak kienu flimkien fl-Armier waqt attività ta’ kumpanija tal-Gaming li kienu jaħdmu magħha.

Dan sostnieh l-Ispettur Kurt Zahra fil-Qorti meta dalgħodu kien hemm il-kumpilazzjoni tal-Olandiż ta’ tnejn u għoxrin sena mixli bil-qtil tat-tfajla Olandiża.Aqra aktar

Send this to a friend