qtil – Page 3 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-akkużat ibati mill-psikożi u prova jneħħi s-saħta minn fuq is-sieħba tiegħu- jixhed il-psikjatra

Baqa’ jinżamm arrestat ir-raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li jinsab mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius f’Settembru li għadda f’Raħal Ġdid.

Waqt li kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Michael Emmanuel, il-Psikjatra Joe Cassar xehed li l-akkużat ibati minn psikożi, kundizzjoni li ma tħallihx jgħix ir-realtà.Aqra aktar

Konferma li Melchior Spiteri mhux ħati ta’ qtil li seħħ 25 sena ilu

Il-Qorti kkonfermat il-verdett li tat lil Melchior Spiteri ta’ 43 sena kważi sentejn ilu, meta ma sabitux ħati ta’ qtil li seħħ 25 sena ilu. Dan wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali ma laqgħetx l-appell tal-Avukat Ġenerali, li oġġezzjona għal irregolarità li jista’ jkun affettwat il-verdett.

Jidher li mta l-imħallef kien qed itemm l-indirizz tiegħu, id-difiża talbet biex il-marixxal ikellem ll-imħallef, u din it-talba intlaqgħet dakinhar. L-Avukat Ġenerali ħass li dak il-ħin kien kruċjali qabel il-bidu tad-deliberazzjoni mill-ġurati.Aqra aktar

Kommossjoni fl-awla bejn ħaten Hugo Chetcuti u l-akkużat – Jintervjenu l-uffiċjali tas-sigurtà

Bojan Cmelik, is-serb ta’ 35 sena akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti, kienu ilhu f’pajjiżna sa’ minn Ġunju tas-sena 2016, u matul dawn is-sentejn qatt ma’ kien reġistrat ma’ Jobs+. Jiġifieri jekk huwa ħadem f’pajjiżna, dan għamlu b’mod illegali.

Dan ħareġ fil-Qorti mix-xhieda tal-Ispettur Frankie Sammut stazzjonat fit-taqsima tal-Immigrazzjoni, u s-Sur Joe Saliba minn Jobs+, meta l-Ġimgħa filgħodu kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-akkużat.Aqra aktar

Send this to a friend