qtil doppju – One News

Notifiki

Qtil doppju fil-Għargħur: serqa mid-dar tal-vittmi waqt il-funeral

Id-dar li fiha nqatlu żewġ nisa fil-Għargħur f’Lulju li għadda sfat fil-mira ta’ serqa waqt il-funeral tal-istess nisa. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompl jinstema’ l-każ kontra Kevin Micallef ta’ 42 sena, li qed ikun mixli bil-qtil ta’ ommu, Antonia Micallef, u ta’ zitu, Maria Carmela Fenech.

Id-delitt sar fit-23 ta’ Lulju fid-dar tal-vittmi stess fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Waqt is-smiegħ tal-Erbgħa, ħut l-akkużat irrifjutaw li jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.Aqra aktar

QTIL DOPPJU: Kevin Micallef jibqa’ taħt arrest- is-smiegħ tal-każ se jkompli fis-26 ta’ Settembru

Kevin Micallef se jinżamm arrestat wara li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest fil-kumpilazzjoni fil-Qorti llum.

Is-smiegħ tal-każ tal-qtil doppju fil-Għargħur mistenni jkompli nhar is-26 ta’ Settembru li ġej.

Micallef, li għandu 42  sena, huwa akkużat li qatel lil ommu Antonia u lil zitu Maria b’diversi daqqiet ta’ sikkina.

Aqra aktar

Qtil Doppju: Għada tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, għada mistennija tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Kevin Micallef ta’ 42 sena mill-Għarghur, li qed jigi akkuat bil-qtil doppju ta’ ommu Antonia ta’ 71 sena u zitu Maria ta’ 74 sena nhar it-Tnejn 23 ta’ Lulju.Aqra aktar

Send this to a friend