Qrendi – One News

Notifiki

Waħda mill-ftit nisa li jibnu l-presepji – Catherine D’Amato

“Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna. Fost l-oħrajn ifakkarna fil-purċissjoni bil-bambin u f’kemm-il vers kellna nitgħallmu biex ntellgħu l-biċċa xogħol teatrali anke jekk primittiva tagħna. Ifakkarni fil-ġulbiena li kienet tiżra’ u tħalli fid-dlam ommi. Ifakkarni fil-presepji differenti li konna ta’ kull sena nagħmlu bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Illum il-purċissjoni nsegwiha biss u ma nistudja l-ebda linja, il-ġulbiena mhux dejjem ikolli ċans niżraha u l-presepju jibqa’ l-istess wieħed sena wara l-oħra.”

Aqra aktar

Wirja ta’ Kwadri Ex-Voto fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena, il-Qrendi

Il-Qrendi huwa raħal qadim bi storja ferm akbar minnu. Fil-fatt biżżejjed wieħed iħares lejn it-tempji megalitiċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra biex jifhem li hawn qed nitkellmu fuq spazju li jmur lura aktar minn 7,000 sena, bl-ewwel referenza għall-Casal Grande tidher fuq kartografija tal-gżejjer Maltin li ġġib id-data tal-1419. Madankollu ir-raħal tipiku tal-Qrendi mhuwiex biss it-tempji preistoriċi, imma huwa wkoll sensiela ta’ punti ta’ riferimenti storiċi li flimkien jagħmlu damma ta’ ġrajjiet minsuġa fi spazju u żmien partikolari.

Aqra aktar

Bejgħ ta’ kejkijiet u figolli b’risq Puttinu Cares

Puttinu Cares se jagħmel il-bejgħ tal-kejkijiet u figolli fl-10 u l-11 ta’ Marzu fuq iz-zuntier tal-knejjes tal-Parroċċi taż-Żurrieq, Imqabba, Qrendi, Safi u Kirkop, u anke f’Ħal Qormi fiż-żewġ parroċċi rispettivi.

Din l-attività qed tkun organizzata minn grupp ta’ miżżewġin mill-Parroċċa taż-Żurrieq.

Żuru l-paġna ta’ dan l-avveniment: https://www.facebook.com/CakeSalePuttinu/

Jitlef ħajtu fl-ewwel inċident fatali tat-traffiku għal din is-sena

Raġel ta’ sitta u ħamsin sena ta’ nazzjonalità Irlandiża, residenti l-Imqabba miet fl-ewwel inċident fatali ta’ din is-sena. Il-każ seħħ fi Triq Ħagar Qim fil-Qrendi meta r-raġel baqa’ tiela fuq il-bankina u sussegwantament daħal f’ ċint waqt li kien qed issuq karozza tat-tip Peurgeot 307 li hi tal-kiri.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija u r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post permezz ic-CPR u wara ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Ir-raġel deher mitluf minn sensieh mal-ewwel fejn huwa mifhum li l-kawża ewlenija tal-inċident kienet minħabba ħass ħazin li tah u sussegwentament tilef il-kontroll tal-karozza. Ir-raġel inħareġ mill-Karozza bil-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija minn Neville Camilleri.

ARA: Joseph Muscat u r-residenti b’messaġġ mill-Qrendi

Fit-tmien jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista sab jilqgħuh bi ħġarhom ir-residenti tal-Qrendi. Permezz ta’ facebook live il-Prim Ministru mhux biss wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk miġbura fil-pjazza, iżda tista’ tgħid lil Malta kollha.

Il-Mexxej Laburista qal li tkellem mar-residenti li min-naħa tagħhom irrimarkaw li huma sodisfatti bil-ħames prijoritajiet oħra tal-Partit Laburista li tħabbru llum, speċjalment il-proposta li jitneħħew il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet kollha tal-MATSEC u s-SEC u t-trasport b’xejn għall-istudenti kollha. Il-Prim Ministru qal li dawn huma miżuri studjati u costed u se jkunu qed jagħmlu l-ġid filwaqt li jistgħu isiru għax il-pajjiż għandu ekonomija b’saħħitha.

Iżda t-tmiem ta’ din iż-żjara ma temmiex waħdu, hekk kif dawk preżenti selmu ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin.

Aqra aktar

Send this to a friend