Qorti | One News - Part 9

Notifiki

Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi

Somalu ta’ 28 sena illum ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini f’Għawdex, illi nhar it-3 ta’ Diċembru 2018, fiż-Żebbuġ Għawdex u iżjed tard fl-għassa  tal-Pulizija  tar-Rabat,  Għawdex,  attakka  jew  għamel  reżistenza  bi  vjolenza  u  inġurja  jew hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ma obdiex l-ordnijiet tagħhom. Ġie akkużat ukoll li rrifjuta li jagħti dettalji tiegħu jew ta dettalji foloz.

Aqra aktar

Mhux ħati li daħal Malta bi flus foloz

Bessam Abdulhamid ma nstabx ħati li daħal Malta bi flus foloz, għaliex kien hu stess li nforma l-awtoritajiet bihom.

Il-każ jeħodna lura għal Mejju tal-2015, fejn mal-wasla tal-akkużat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’titjira minn Istanbul, hu stess informa lill-uffiċċjali tad-Dwana li fil-bagalja tiegħu kellu żewġ mazzi ta’ biljetti tal-flus stampati f’forma ta’ €200.Aqra aktar

Jinħeles mill-arrest wara li kisser il-mobile tal-eks sieħba u heddidha

Andrew Formosa ta’ 34 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li f’argument mal-eks sieħba tiegħu, kissrilha l-mobile u heddidha.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, intqal kif waqt li wassal lit-tifla tiegħu d-dar, Formosa kellu argument mal-eks sieħba tiegħu, imbuttaħa, kissrilha l-mobile filwaqt li daħal ifittex xi dokumenti mid-dar. Dak il-ħin huwa qallha wkoll li se jkun qed jistenniha barra.Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 20kg kannabis u aktar minn €6,000 flus kontanti

Etienne Farrugia ta’ 41 sena minn Ħaż-Żebbuġ inżamm arrestat wara li ġie akkużat li fid-29 ta’ Novembru instabulu fil-pussess tiegħu 20kg ħaxixa tal-kannabis u €6,500 fi flus kontanti.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Fran Tabone u Mark Anthony Mercieca spjegaw kif jumejn ilu huwa kien ħareġ struzzjoni lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabiex josservaw attività relatata ma’ possibilment traffikar tad-droga f’Ħaż-Żebbuġ.Aqra aktar

Ikkundannata l-ħabs wara li nqabdet tisraq minn diversi ħwienet tal-ħwejjeġ

Michelle Wilson ta’ 46 sena minn Ħaż-Żabbar ġiet ikkundannata ħames xhur ħabs wara li wieġbet ħatja li serqet xi ħwejjeġ minn diversi stabbilimenti.

Hija kienet mixlija mill-Ispetturi Priscilla Caruana Lee u Jeffrey Scicluna, li bejn Settembru u dan ix-xahar serqet ħwejjeġ u oġġetti oħra mill-istabbilimenti Pull and Bear, Bershka, New Look, u Kiabi, bl-intenzjoni li tbigħhom. Jidher ukoll li Wilson wettqet ir-reati waqt li kienet fuq probation.Aqra aktar

Teħel €30 wara li ħalliet sebat iqtates imsakkrin f’darha ġurnata sħiħa

Mara li kienet trabbi l-qtates fl-appartament fejn kienet tgħix instabet ħatja li kienet tħallihom imsakkrin f’darha għal ħin twil. Jidher ukoll li dawn kienu jneħwu l-jum kollu.

Jidher li kienu l-ġirien li fetħu l-kawża kontra Denise Falzon wara li ddejqu bir-riħa li kienu qed iħallu dawn il-qtates fil-blokka tal-appartamenti tagħhom.

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet illiberat lil Falzon f’Marzu tas-sena l-oħra, iżda xahar wara, l-Avukat Ġenerali appellamis-sentenza u talab lill-Qorti tal-Appell tirrvokaha. Aqra aktar

Jagħti daqqa ta’ ponn lil raġel li ħaseb li offenda lil ibnu ta’ 11-il sena

Nuqqas ta’ ftehim sfortunat wassal biex missier irrabjat ta’ daqqa ta’ ponn lill-persuna żbaljata. Danrof Vella, ta’ 29 sena minn Ħaż-Żabbar, wieġeb mhux ħati meta ġie akkużat li darab gravi lill-vittma u li possibilment ikkawżalu diżabilità permanenti.

Kollox beda meta iben ir-raġel, ta’ 11-il sena, qal lil missieru li kien offiż minn stranġier.Aqra aktar

Mhux ħatja li tajret u darbet żewġ anzjani

Alexia Caruana Coppola ma nstabietx ħatja li tajret u darbet żewġ anzjani fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara sitt snin ilu.
Il-każ seħħ fl-2012 waqt li x-xufiera tajret liż-żewġ nisa anzjani fi triqthom għal coffee morning.

L-anzjani huma Elizabeth Grech u Pauline Bruno, fejn ta’ l-ewwel sofriet ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana l-oħra ndarbet ħafif.Aqra aktar

Send this to a friend