Qorti | One News - Part 78

Notifiki

Xogħol fil-komunità u multa għal xufier involut f’inċident fatali

Raġel li nstab ħati li fl-2011 ikkawża l-mewta ta’ persuna f’inċident stradali f’Ħ’Attard kien ikkundannat iħallas multa ta’ €5,000 u jagħmel 480 siegħa xogħol fil-komunità. Dan hu l-massimu li toffri l-liġi f’dawk li huma sigħat f’xogħol fil-komunitaá. L-akkużat ġie mitlub iħallas ukoll l-esperti tal-Qorti.

Fis-sentenza tagħha l-qorti nnottat nuqqasijiet mill-prosekuzzjoni, fosthom il-fatt li l-akkużi nbidlu fi tliet okkażjonijiet. Dan wassal biex il-qorti kellha idejha marbuta fuq diversi fatturi bil-Maġistrat Joe Mifsud jiddikjara fis-sentenza tiegħu li l-Qorti għandha idejha “marbuta li jekk tinstab ħtija fuq l-imputazzjoni ewlenija ma tistax timponi sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan kif qiegħda titlob il-prosekuzzjoni.”
Aqra aktar

Iħoss li kien arrestat minħabba l-poodle biss

Raġel li erba’ snin ilu kien arrestat wara li f’ daru f’ Birkirkara instabu karti ta’ flus foloz u kelb mhux irreġistrat akkuża Spettur tal-Pulizija sospiż li mmissapproprija l-flus ikkonfiskati waqt it-tfittxija u qbid.

Fix-xhieda tiegħu fil-każ fejn qed ikun akkużat bi frodi, Wayne Falzon stqarr li l-Ispettur Jason Sultana, li fittixlu d-dar m’ għaxar Pulizija oħra ma sablu l-ebda illegalità iżda ikkonfiskalu €1,700. Minnhom, l-akkużat sostna li rċieva biss elf ewro lura.

Aqra aktar

Ordnat ineħħi l-imwejjed minn Strada Merkanti

Sid ta’ ħanut tal-ikel f’ Strada Merkanti, il-Belt Valletta kien immultat €1,400 u ordnat ineħħi l-imwejjed u s-siġġijiet mit-triq fi żmien xahar, wara li rriżulta li poġġihom fit-triq bla permess tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Aqra aktar

Akkużat li seraq iPad minn karozza – miżmum għax m’għandux fejn joqgħod

Żagħżugħ ma ngħatax il-ħelsen mill-arrest u qed ikun akkużat li seraq iPad minn karozza pparkjata fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

L-akkużat qal li jinsab bla xogħol u rritorna l-ipad lura lis-sid tiegħu għalkemm ma kienx qed jaħdem sew. Fil-Qorti qal li rċieva dan l-ipad mingħand ħabib tiegħu.

Għalkemm l-avukat tal-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest, il-maġistrat ma laqax din it-talba minħabba li l-akkużat ma kellux indirizz fiss u għalhekk hemm il-biża li jaħrab mill-pajjiż.

L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija

Bulgara ta’ 36 sena kissret boċċa tal-ħġieġ minn fuq is-siġra tal-Milied li tqiegħdet quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta. Ivelina Petkova tressqet fil-Qorti l-Ġimgħa filgħodu akkużata li volontarjament għamlet ħsara fuq din is-siġra, li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kienet fis-sakra f’post miftuħ għall-pubbliku, li għamlet ġesti oxxeni, li kisret il-paċi pubblika u li rrifjutat li tagħti l-partikolaritajiet tagħha lill-Pulizija.

Akkużi li għalihom ammetiet Petkova li ġiet immultata tmien mitt ewro li jridu jitħallsu fi tmien t’ijiem u tpoġġiet taħt ordni ta’ Probation għal żmien sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll tħallas tlett mija u ħamsin ewro għall-ispejjeż tal-boċċa tal-ħġieġ li hija kissret.

Fil-Qorti, Petkova talbet skuża għal dak li għamlet u qalet li kienet lesta tħallas għad-danni li kkawżat

Send this to a friend