Qorti | One News - Part 77

Notifiki

Il-Kummissarju: Il-Pulizija marbuta li tmur il-Qorti fi 48 siegħa

Il-Kummissarju tal-Pulizija, Laurence Cutajar, iddikjara li l-investigazzjoni marbuta mal-hi jack tal-Afriqiyah Airways għadhom għaddejin, iżda għamilha ċara li l-pulizija hija marbuta li tressaq il-persuni l-qorti fi żmien 48 siegħa. Dan sakemm ikollha provi biżejjed. Għalissa mhux tingħata informazzjoni dwar jekk iż-żewġ hijackers humiex relatati ma xi grupp.

Cutajar ikkummenta fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern Carmelo Abela li kellu kliem ta’ tifħir għal dawk kollha involuti. Fosthom l-Armata, li l-Brigadier tagħha mexxa n-negozjati, il-pulizija li kkordinaw tajjeb ferm u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu l-ajruport li biex jassistu l-iskawdra li hemm apposta l-ajruport għat-tifi tan-nar. Dan wassal biex issejħu l-volontiera tal-Protezzjoni Ċivili fl-istazzjonijiet madwar il-pajjiż biex huma jagħmlu tajjeb għall-istaff regolari.

Aqra aktar

Sitt xhur ħabs wara li hedded lill-Kummissarju għall-Ġustizzja

Il-Qorti ordnat li Carmel Galea, raġel ta’ 60 sena minn Kerċem, jintbagħat sitt xhur priġunerija u multa ta’ €2,000 wara li ntqal li lura f’Lulju ta’ din is-sena, l-imputat hedded lill-Kummissarju tal-Ġustizzja.

Dan tal-aħħar iddeċieda li Galea kien ħati ta’ diversi akkużi waqt seduta tat-Tribunal t’ Għawdex, deċiżjoni li ma niżlet xejn tajjeb ma’ Galea, li beda jgħajjat ”din mhux se tispiċċa hawn, tiegħek għadha ġejja” filwaqt li żammewh il-Pulizija.

Aqra aktar

Bulgara tisraq koppja li tawha saqaf fuq rasha

Bulgara ta’ 32 sena tressqet il-Qorti wara li serqet ġojjellerija mingħand koppja li tawha saqaf fuq rasha.

Fil-Qorti ħareġ kif il-Bulgara iġġieldet minn mas-sieħeb tagħha u ma kelliex fejn tgħix aktar. Fil-ġlieda hija heddet lis-sieħeb tagħha u xeħtitlu anke xi oġġetti. Konsegwenza ta’ hekk il-Bulgara spiċċat ma kelliex fejn toqgħod.

Aqra aktar

“Ma jafx x’inhi d-diċenza”

Raġel ta’ wieħed u sittin sena mill-Belt Valletta weħel tlett xhur ħabs talli ikkommetta atti indiċenti u immorali fil-pubbliku. Din ma kinitx l-ewwel darba li Paul Lughermo inqabad jagħmel atti indiċenti fil-pubbliku, anzi kien magħruf sew għal dan, għalhekk nstab li kien reċidiv.

Aqra aktar

Tajjarha bil-karozza, imma ħafritlu – spirtu tal-Milied?

Il-maħfra ta’ vittma li ttajret b’ karozza wasslet biex raġel ingħata l-inqas sentenza li toffri l-liġi.

Joseph Cordina weħel multa ta’ €234 u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tmint’ijiem talli laqat mara bil-karozza f’ Novembru tal-2011.

Fid-dawl li l-vittma, Mikela Bugeja ħafritlu u ddikjarat li ma kelliex interess li tiftaħ proċeduri ċivili jew kriminali kontrih, il-Maġistrat Joe Mifsud kien ġeneruz fis-sentenza tiegħu.

Protest biex l-ERA tiddeċiedi kontra t-tanker

Kif żvelajna fis-2:30 il-Partit Nazzjonalista fetaħ proċeduri l-Qorti biex b’rabta mad-deċiżjoni  li se tittieħed nhar it-Tnejn fuq l-impjant tal-gass f’Dellimara. 

Teknikament kien l-Inġinier Arthur Ciantar li ressaq il-protest ġudizzjarju, iżda dan iffirmatu Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN li ilha xhur tmexxi l-kampanja kontra l-power station taħdem bil-gass. Fih qed jintalab biex l-ERA tiddeċiedi kontra l-impjant tal-gass.  

Aqra aktar

Ħabs wara li ta n-nar bieb ta’ dar

Raġel li ammetta li ta n-nar bieb ta’ dar f’Ħal Qormi intbagħat erba’ snin u nofs ħabs. Il-każ għadda f’ġuri wara li d-difiża u l-prosekuzzjoni naqsu li jilħqu ftehim wara negozjati qabel il-ġuri.

Aqra aktar

Maġistrat iwissi dwar ġlied f’Paceville

Il-Qorti lliberat Awstraljan li tressaq il-Qorti mixli li iktar kmieni din is-sena weġġa’ żagħżugħ minn Ħal Lija fi stabbiliment f’Paceville.

Iż-żagħżugħ Andrea Degiorgio kien fit-toilets tal-istabbiliment meta ra lil ħabib tiegħu jiġi aggredit minn grupp ta’ ġuvintur u għalhekk mar biex jgħinu.

Aqra aktar

Send this to a friend