Qorti | One News - Part 76

Notifiki

Ikollu jpatti talli hedded li hemm bomba l-Qorti

Ahmed Yassine weħel multa ta’ €10,000 u 280 siegħa xogħol fil-komunità, wara li fil-Qorti nstab ħati li nhar is-16 ta’ Novembru li għadda għamel theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Malta. 
Dakinhar il-Qorti kellha tiġi evakwata minħabba t-theddida li seħħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu. Minbarra li kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta, każ hekk iwassal biex każijiet li jkunu qed jinstemgħu l-Qorti jkunu interrotti jew inkella sospiżi.

 

Issa tista’ tħallas multa tal-Qorti online

B’effett immedjat, persuna m’għandhiex għalfejn tmur fiżikament fil-bini tal-Qorti biex thallas multa li tkun ingħatat minn xi Imħallef jew Maġistrat iżda tista’ tagħmel hekk online billi, permezz ta’ e-ID, tidħol fil-link https://justice.gov.mt/onlineservices.

Dan se jwassal biex persuna tkun tista’ tħallas multa mill-kumdità ta’ darha jew mill-post tax-xogħol tagħha.  Il-vantaġġi huma kbar, speċjalment meta wieħed iqis li ħafna multi li jingħataw mill-Qorti jingħataw bil-benefiċċju li dawn ikunu jistgħu jitħallsu ratealment, jiġifieri maqsumin fuq numru ta’ xhur.

Aqra aktar

Ma jafux kemm se jdumu arrestati

Disa’ immigranti mill-Mali, li ilhom jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna għal dawn l-aħħar disa’ snin u li ma rnexxilhomx jiksbu l-ażil f’ pajjiżna, anżi mistennija jintbagħtu lura f’pajjiżhom fetħu każ kostituzzjonali kontra l-Gvern Malti għaliex qed jinżammu f’detenzjoni għal perjodu indefinit.

L-avukat tal-immigranti, li kienu eskortati fl-awla mill-Pulizija, spjega lill-Imħallef Lorraine Schembri Orland li mhemmx raġuni għaliex qed jinżammu taħt arrest għaliex ma joffrux theddida lill-ordni pubblika jew lis-sigurtà tal-poplu. Għalhekk stqarr li d-detenzjoni tagħhom kienet qed tikser il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Aqra aktar

Akkużat li attakka lil ommu

Il-Qorti tat il-ħelsien proviżorju mill-arrest lil raġel ta’ 36 sena li kien akkużat li attakka lill-ommu waqt ġlieda.

Ir-raġel mill-Fgura, li ismu ma jistax jixxandar minħabba n-natura tal-każ, wieġeb mhux ħati għall-akkużi li kkawża ġrieħi ħfief fuq ommu u li reġa’ kkommetta reat.

Aqra aktar

Il-vizzji wassluhom għall-ħabs

Żewġt irġiel akkużati b’ serq ta’ alkoħol inżammu taħt arrest wara li ma saritx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Andre Borg ta’ 30 sena u Clayton Fenech ta’ 25 sena, t-tnejn saħqu li mgħandhomx saqaf fuq rashom u li jinsabu bla xogħol.

Aqra aktar

Tressaq il-Qorti f’għeluq sninu

Leon Borg t’ għoxrin sena tressaq il-qorti akkużat li waqt li hu meħlus fuq liberta’ proviżjorja b’ rabta ma’ każ li għadu qed jinstema’ daħal fi ġlieda bl-idejn nhar Jum il-Milied u kkaġuna ġrieħi fuq tfajla minorenni.

Aqra aktar

HIJACK: Iż-żewġ Libjani jitressqu l-Qorti f’nofsinhar

Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hijack tal-Afriqiyah Airways se jitressqu l-Qorti, llum 25 ta’ Diċembru f’12.00 fil-Qorti ta’ Malta. Dan hekk kif kmieni wara nofsinhar jiskadu t-48 siegħa li fihom il-Pulizija jistgħu żżommu l-akkużati mingħajr ma jkunu mressqa l-Qorti.

Aqra aktar

Send this to a friend