Qorti | One News - Part 75

Notifiki

HIJACK: “You have to land at Rome or I will explode the airplane”

Waqt it-tijira ta’ Afriqiyah Airways bejn Tripoli u Sebha, nhar it-23 ta’ Diċembru, l-hijackers taw ittra lill-kap tal-ekwipaġġ biex jgħaddiha lill-kaptan- fuqha kien hemm miktub “You have to land at Rome or I will explode the airplane.” Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Omar Zammit li ta’ d-dettalji tal-każ kif ġara skont l-investigazzjoni li għamlet il-pulizija lill-passiġġieri, membri tal-ekwipaġġ, il-kaptana u lill-pirati tal-ajru stess.

Aqra aktar

BAGĦAT LIL SIEĦBU: Mill-uffiċċju ta’ Jason Azzopardi jiddefendi lil tal-hijack

Meta dalgħodu kompla s-smigħ fil-qorti fil-każ tal-hijack tal-Afriqiyah Airways deher għal wieħed mill-akkużati, l-avukat Julian Farrugia.

L-avukat Farrugia jaħdem fid-ditta legali li ta’ Jason Azzopardi, Azzopardi & Busietta advocates. Sal-bieraħ Azzopardi kien qed jgħid li ma’ ħaddieħor kien avukat tad-difiża f’din il-kawża. “Co-representing,” qalet it-Times of Malta li tkellmet mal-istess Azzopardi.

Aqra aktar

Afriqiyah Airways jridu l-ajruplan lura

Quddiem il-Maġistrat Antonio Giovanni Vella, avukat f’ isem Afriqiyah Airways, talab lill-qorti tagħti permess lir-rappreżentanti tal-kumpanija jitilgħu fuq l-ajruplan u jbiddlu l-apparat li kellu jittieħed minn fuq l-ajruplan għal skopijiet t’ investigazzjoni. Dan biex l-ajruplan jmur lura l-Libja u jerġa’ jingħaqad mal-flotta tal-kumpanija.

Aqra aktar

HIJACK: Illum il-każ ikompli jinstema’ l-Qorti

Il-każ taż-żewġ Libjani akkużati li wettqu hijack tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah se jkompli jinstema’ llum fil-Qorti dan wara li l-Pulizija kompliet tiġbor l-evidenza meħtieġa. Is-seduta se tkun preseduta mill-Maġistrat Anthony Vella u tibda għall-ħabta tad-9.00.

Aqra aktar

Jisraq mutur tal-Pulizija biex jaħrab minn road-block

Raġel akkużat li kien kompliċi f’serqa ta’ mutur tal-Pulizija lejliet l-ewwel tas-sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Yulian Angelov Dimitrov, Bulgaru ta’ 25 sena, twaqqaf mill-Pulizija tat-traffiku f’road-block għall-ħabta tad-9.30pm flimkien ma’ żewġt irġiel oħra, iżda allegatament ħarab minn fuq il-post.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat żagħżugħ li nqabad bid-droga

Suspettat traffikant ta’ droga inżamm arrestat, bil-qorti targumenta fid-deċiżjoni tagħha li mhux ta’ min jafdah u jagħtih il-ħelsien mill-arrest.

Julian Bonnici, ta’ dsatax 19-il sena, kien arrestat f’jum l-ewwel tas-sena wara li nqabad b’87 pillola ecstacy. Quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona, kien akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina li, bħal fil-każ tal-ecstasy, kollox kien jindika li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

Bonnici qal li m’għandux impjieg u wieġeb mhux ħati.

Aqra aktar

Libjan taħt l-età akkużat li ħebb u darab żewġ Pulizija

Żagħżugħ Libjan li ismu ma jistax jixxandar għax m’għandux tmintax-il sena tressaq il-qorti akkużat li ħebb u darab żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.

Dan fis-sigħat bikrin tal-ewwel jum tas-sena quddiem l-għassa ta’ San Ġiljan. L-Ispettur Matthew Spagnol spjega kif il-Libjan ta’ 17-il sena nġabar mill-pulizija wara li kien involut fi ġlieda f’Paceville. Kien allegat li wara li missieru mar għalih l-għassa spiċċa jiġġieled miegħu u hekk kif daħal lura biex jiġbor il-kowt li ħalla warajh ħebb u weġġa’ ħafif żewġ uffiċjali.

Aqra aktar

Agredixxa Pulizija, sikkina bla liċenzja u waddab il-ġebel – Jinżamm arrestat

Libjan ta’ tlieta u tletin sena mingħajr saqaf fuq rasu ma ngħatax ħelsien mill-arresta wara li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt waddab ġebel lejn il-Palazz tal-Ġirgenti.

Fil-qorti Mohammed Mahdi minn Tripoli kien akkużat li aggredixxa pulizija, rreżista arrest, ostakula ħidmet il-pulizija, li darab uffiċjal tal-pulizija, li kien fis-sakra u li fil-pussess tiegħu kellu sikkina mhiex liċenzjat.

Aqra aktar

Send this to a friend