Qorti | One News - Part 74

Notifiki

Ħabs fuq serq ta’ sitt mobiles

Raġel kien ikkundannat 22 xahar ħabs wara li ammetta li bejn Ġunju u Awissu tal-2016 seraq total ta’ sitt mobiles minn Paceville.

Catalin Gabriel Cirliganeu ammetta li dan kollu ġara f’ żewġ każi separati, u li dawn il-mobiles jammontaw għal madwar elfejn ewro.

Aqra aktar

Il-Qorti ma tilqax it-talba ta’ Jason Azzopardi

Il-Qorti tal-Maġistrati ċaħdet mingħajr dewmien talba li għamel l-eks Ministru Jason Azzopardi biex il-libell li fetaħ lill-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici dwar il-każ ta’ Hal Qormi, jibda jinstema’ b’urġenza.

F’deċiżjoni li ngħatat iktar kmieni llum, il-Qorti qalet li hija impenjata b’ħafna kawżi oħra.

Iżda iktar minn hekk, sostniet li ma hemm ebda raġuni għaliex il-kawża ta’ Jason Azzopardi għandha taqbeż il-ħafna kawżi li diġa’ hemm.

Aqra aktar

Jitolbu kumpens għall-mewt ta’ binhom

Il-ġenituri ta’ Matthew Bartolo, il-ġuvni ta’ 17-il sena li tilef ħajtu waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika tal-għamara qed jitolbu kumpens minn sid il-kumpanija.

L-inċident jeħodna lura fl-2015, meta Bartolo kien qed jopera magna tal-injam waqt il-ħin tax-xogħol u nqabad minn qaddu.

Skont il-koppja Bartolo, il-mewt ta’ binhom huwa riżultat ta’ traskuraġuni tas-sidien ta’ Construct Furniture, li ma osservawx regoli bażiċi ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

Ħabs u messaġġ mill-Qorti

Żagħżugħ li lejliet l-ewwel tas-sena daħal jisraq minn ħanut fiż-Żejtun u għamel dan b’sikkina f’idu li biha hedded lill-persuni li kien hemm fil-ħanut intbagħat sena u nofs ħabs. Fl-istess ħin il-ħati tqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni. Fis-sentenza tagħa l-qorti qalet li r-reat huwa gravi tant li ż-żagħżugħ jistħoqlu l-ħabs anke jekk skuża ruħu mal-vittmi preżenti fl-awla.

Xi ħaġa li l-Maġistrat Joe Mifsud iddeskriva bħala element important ħafna tal-ġustizzja riparattriċi fejn ħati jiffaċċja l-vittma tiegħu u jitolbu skuża. Fis-sentenz ntqal li li l-Qorti trid tipprova tagħti cans lil Wayne Caruana jaqbad it-triq it-tajba, jieħu trattament ghall-vizzju li ghandu u ma jibdiex karriera dieħel u ħiereg il-ħabs. Għalhekk tqiegħed taħt is-supervizjoni t’Ufficjal Sorveljanti għal perijodu ta’ tliet snin millum.

Aqra aktar

Ħabs talli seraq ħames arloġġi

Raġel ta’ tlieta u erbgħin sena weħel sena u nofs ħabs wara li ammetta li seraq ħames arloġġi ta’ valur għoli f’ żewġ serqiet minn żewġt iħwienet tal-istess kumpanija tal-ġojjellerija f’ San Ġiljan u tas-Sliema.

Aqra aktar

“Anġlu” akkużat li sawwat Pulizija

Angel Attard ta’ 40 sena residenti l-Birgu qed jiġi akkużat li lbieraħ filgħaxija sawwat Pulizija f’San Ġiljan. L-akkużat jipprattika l-arti marzjali u mhux l-ewwel darba li xellef difrejgħ mal-Qorti b’akkużi simili. F’wieħed minn dawn l-inċidenti l-akkużat waqqaf sewwieq ta’ bowser u qabad isawtu.

Aqra aktar

Il-hijack ta’ Jason Azzopardi

Li huwa avukat u deputat kemmxejn pompuż m’hemmx għalfejn ngħidha jien, kulħadd jaf. Għalkemm l-iktar li jafu huma dawk li jsegwu l-politika mill-qrib, fosthom il-ġurnalisti minn midja oħra li jħobb iċemplilhom iżerżqilhom xi sett mistoqsijiet li jkun għadu kif daħħalhom bħala domandi parlamentari.

Aqra aktar

Send this to a friend