Qorti | One News - Part 73

Notifiki

Sqalli li jgħix Ħal Qormi akkużat li seraq b’MITT ELF EWRO f’oġġetti

Carmelo Ciranna, Sqalli ta’ 41 sena li jgħix Ħal Qormi, qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat li seraq oġġetti b’valur ta’ madwar mitt elf ewro.

Is-serqiet allegatament jammontaw għal disgħa u saru bejn Diċembru u Jannar. L-Isqalli – li ma jaħdimx u għandu l-vizzju tad-droga, kien akkużat b’serq ta’ ġojelli, arloġġi, apparat elettroniku u flus kontanti fost l-oħrajn, u allegatament seraqhom minn djar f’lokalitajiet differenti madwar Malta, u minn pompa tal-petrol f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija qed tinvestiga persuni oħra li wkoll setgħu kienu nvoluti fl-istess reati mal-akkużat. Il-każ ġie differit għal Marzu, u sadanittant l-akkużat – li ntqal li qed jikkopera mal-Pulizija, baqa’ jinżamm arrestat biex jirċievi l-kura li għandu bżonn.

Irrekordja laqgħa fl-eqqel tal-iskandlu taż-żejt

Id-deputat Nazzjonalista, Claudio Grech, kellu jammetti fil-Qorti iktar kmieni din il-ġimgħa li fl-eqqel tal-iskandlu taż-żejt kien irrekordja bil-moħbi lil qraba ta’ George Farrugia, il-bniedem li Gvern Nazzjonalista ta l-proklama biex jixhed b’rabta mal-iskandlu taż-żejt. Għalkemm sa issa lil George Farrugia, il-Qorti m’emmnitux.

Claudio Grech, kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, kien qiegħed jixhed f’kawża ta’ libell kontra l-Prim Ministru u din il-gazzetta għaliex ma qabilx mal-interpretazzjoni tagħna li laqgħa mal-aħwa Farrugia kienet maħsuba biex issikkithom fi żmien li kienu whistleblowers f’dan il-każ.

Aqra aktar

Tinżamm arrestata Serba akkużata bil-qtil ta’ żewġt’irġiel

Dragana Mijalkovic, mara ta’ 42 sena mis-Serbja, ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkuzata bl-omiċidju ta’ żewġ anzjani Ingliżi, f’każijiet separati.

David Grant ta’ 67 sena u Neville Ayers ta’ 78 sena instabu mejta fl-appartament tal-akkużata, f’każijiet separati, f’San Pawl il-Baħar.

Mijalkovic wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha.

Aqra aktar

Intgħarfu billi għollew idejhom

Fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni taż-żewġ Libjani mixlija bil-ħtif tal-ajruplan tal-Afriqyah Airlines jumejn qabel il-Milied li għadda. Suldat li arresta lill-akkużati Moussa Shah Soko u Ali Ahmed Saleh mill-belt ta’ Sebha fil-Libja spjega li huwa għaraf il-pirati tal-ajru billi dawn għollew idejhom.

Aqra aktar

Nutar iżomm flus għalih li mhumiex tiegħu

Pierre Falzon, ex nutar qed jaffaċċja proċeduri kriminali ġodda wara li diġà kellu akkużi simili s-sena l-oħra.

Din id-darba, dwar misappropjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u talli naqas mid-dmirijiet tiegħu bħala uffiċjal pubbliku.

Aqra aktar

Jinsisti li ma kienx involut fit-traffikar tal-bnedmin

Hadish Abayu, raġel Etjopjan ta’ 58 sena, li jinsab akkużat bit-traffikar tal-bnedmin, qal li huwa ma kienx wieħed mill-organizzaturi tal-operazzjoni klandestina.

Sostna li kien żball tal-passiġġieri l-oħra. Il-prosekuturi jemmnu li kien il-moħħ wara vjaġġ li sar fl-2005 mil-Libja lejn l-Italja, iżda li spiċċa Malta. L-akkużat qal li vjaġġa mis-Sudan lejn il-Libja fl-2003, fejn prova jiġi Malta biex jingħaqad ma’ martu u l-erba wlied. L-akkużat qal li kienu mija sebgħa u tmenin persuna jistennew fuq il-kosta tal-Libja. Sostna li huwa kien passiġġier bħall-oħrajn, filwaqt li l-Libjani qasmuhom fi tlett gruppi.

Aqra aktar

Qal gidba ħoxna u weħel il-ħabs

Sbatax-il xahar ħabs għal raġel li qal li kien mhedded b’pistola ma’ rasu u msakkar f’mobile toilet għal diversi sigħat minn raġel li kien qed jitlob li jitħallas lura. Dan għax il-Qorti sabet li l-istorja kienet gidba.
Il-każ infetaħ mill-pulizija kontra Olaf Cini. Huwa kien akkużat li f’Mejju tal-2008, għamel rapport falz kontra Publius Said, li kien instab innoċenti. Il-każ nibet minn self ta’ 800 lira Maltija li Cini kien ħa mingħand Ina Abrekova, li fl-2005 kienet is-sieħba ta’ Said.

Send this to a friend