Qorti | One News - Part 5

Notifiki

Missier ta’ 12-il tifel u tifla jiċħad akkużi ta’ vjolenza domestika

Missier ta’ 12-il tifel u tifla ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li martu qalet li kkawżalha ġrieħi ħfief wara li mbottaha mit-taraġ għal isfel.

Fil-Qorti, il-Pulizija qalet li l-mara tal-akkużat instabet f’dar f’Bormla fid-demm ma’ wiċċha wara li ċemplet għall-għajnuna. Jidher li l-koppja ta’ spiss kienet targumenta b’mod serju.

L-akkużat, li għandu sitta u erbgħin sena, ċaħad dawn l-akkużi kollha, inkluż li bl-imġieba tiegħu, martu ma kellhiex għażla oħra ħlief li tibża’ li se tintuża l-vjolenza kontriha f’darha.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet ukoll kif ir-raġel huwa missier dedikat ħafna lejn uliedu, partikolarmant it-tifla ż-żgħira li qal li ta’ kuljum kien iwassalha l-iskola u jieħu ħsiebha waqt li ommha kienet tkun ix-xogħol.

Ir-raġel żied jgħid li kien ilu m’omm uliedu għal 28 sena u li “nixtieq li nirranġaw l-affarijiet, għaliex inħobbha”.

Iż-żewġ partijiet ipprovdew verżjonijeit differenti ta’ x’ġara, u r-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom li jirrispetta ordni ta’ protezzjoni li nħarġet mill-Qorti, li ma jersaqx lejn martu, u jsib x’imkien ieħor fejn jgħix.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa, li ma joħroġx mid-dar bejn il-11:00pm u s-07:00am, u li jintrabat b’garanzija personali ta’ €8,000.

Il-Qorti żiedet tgħid li jekk ir-raġel jikser l-ordni ta’ protezzjoni jeħel massimu ta’ €7,000 u sentenza ħabs.

Tinbidillu sentenza ta’ 10 xhur ħabs wara li ma nstabx ħati li kien kompliċi fi frodi

Arnold Farrugia ta’ 50 sena kellu s-sentenza ta’ għaxar xhur ħabs mibdula wara li l-Qorti tal-Appell ma sabitux ħati li kien kompliċi fi frodi.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta allegatament, Farrugia flimkien ma’ Martin Degabriele ikkommettew frodi għad-dannu tal-kumpanija Gasan Enterprises. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kien jagħmel xogħol fuq minibuses ta’ Degabriele meta dawk kienu bil-ħsara, u l-kumpanija ntalbet tħallas dan kollu.Aqra aktar

Ġlieda fuq tfajla wasslet lil erbat irġiel il-Qorti

Erbat irġiel tressqu l-Qorti wara li ġew fl-idejn minħabba tfajla li fl-imgħoddi kienet toħroġ ma’ wieħed minnhom. Il-każ jeħodna lura għal Lulju li għadda f’parkeġġ f’Marsalforn, Għawdex.

Kien għall-ħabta ta’ nofsilejl meta allegatament Steven Vella, Adrian Vella, u Jason Pace ħebbew għal Shaun Farrugia u żewġ nisa li kienu miegħu. Dawn tal-aħħar ġarrbu ġrieħi ħfief, u kien hemm ukoll vittma ieħor fl-allegata ġlieda. Aqra aktar

Il-Kokaina tibagħtu 10 snin ħabs u tiswieħ multa ta’ €25,000

David Castillo Rafael mill-Bolivja weħel 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li wieġeb li hu ħati ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga.

Din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-qorti ordnatlu wkoll iħallas is-somma ta’ €4,273.70 għall-ispejjeż tal-Qorti.

Se jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li għandu jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali fuq tfajla Maltija.

Najm Fahd ta’ 23 sena kien ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li fi żmien il-Milied tal-2015 ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla ta’ 16-il sena, li żammha kontra r-rieda tagħha, li attakkaha, u li kien taħt l-influwenza tax-xorb f’post pubbliku. Fil-Qorti kien instema’ li s-Sirjan gidem lit-tfajla u poġġa jdejh taħt id-dublett tagħha, qabel ma’ din iġġielditlu u ħarab.Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nqabad jisraq minn lukanda u minn skola

Christopher Sammut ta’ 47 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli b’diversi serqiet fosthom f’lukanda u skola. Fil-Qorti ġie rrimarkat li r-raġel huwa reċediv.

Il-prosekuzzjoni mexxijja minn Saviour Baldacchino u Colin Sheldon qalet li l-akkużat inqabad permezz ta’ filmati elevati minn cameras ta’ sigurtà.

Illiberat wara li kien ordnat iħallas multa ta’ nofs miljun ewro

Wara li b’sentenza tal-Qorti tal-Magistrati numru ta’ akkużati ġew misjuba ħatja ta’ diversi reati in konnessjoni ma’ żbark u kutrabandu ta’ sigaretti u mibgħuta għal tliet snin prigunerija apparti ħlas ta’ multi ta’ madwar nofs miljun ewro, l-istess persuni llum inħelsu mill-akkużi kollha migjuba fil-konfront tagħhom, b’sentenza tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.Aqra aktar

Jiċħad li ta daqqa ta’ ponn lil martu u jinħeles mill-arrest

Raġel mill-Qrendi ta’ 47 sena ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil martu. Isem l-akkużat mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti.

Jidher li mart l-akkużat għamlet rapport mal-Appoġġ, allegatament wara li qalgħet daqqa ta’ ponn. Jum wara, bint l-akkużat qalet li missierha kien qed ikun abbużiv fil-konfront tagħha wkoll. Kien hawnhekk li s-social workers infurmaw lill-Pulizija u r-raġel ġie arrestat.Aqra aktar

Jintbagħat il-ħabs wara li nqabad jaħbi d-droga f’daru

Ħamruniż ta’ 34 sena ntbagħat tmien xhur ħabs wara li nqabad bid-droga eroina, kannabis, u kokaina li tidher li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Fil-Qorti ntqal kif Lee Jonathan Borg spiċċa arrestat il-Ħadd li għadda wara li l-Pulizija għamlet tfittxija fuqu u fid-dar tiegħu fil-Marsa, li skont informazzjoni li kellha l-Pulizija, kienet qed tintuża biex tiġi ttraffikata d-droga. B’rabta mal-istess ġew arrestati żewġ persuni oħra.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u kien innutat li ta kull għajnuna lill-Pulizija waqt l-investigazzjonijiet. Id-difiża qalet li Borg għandu bżonn l-għajnuna biex jegħleb il-vizzju tad-droga. Id-droga li nstabet f’daru waqt l-arrest se tintuża bħala prova fuq il-persuni l-oħra li ġew arrestati.

Borg kien immultat €500 apparti s-sentenza priġunerija.

Jinħeles mill-arrest wara li weġġa’ gravi lil raġel f’argument

Aaron Camilleri ta’ 50 sena minn Birkirkara ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €5,000 wara li wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq Reuben Farrugia waqt argument.

Camilleri kien akkużat ukoll b’sewqan perikoluż, li volontarjament ikkawża ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor, u li kkawża ġrieħi ħfief fuq persuna.Aqra aktar

Send this to a friend