Qorti – Page 131 – One News

Akkużat bid-droga fil-qalziet ta’ taħt

Mustafa Tunkara mill-Gambja inżamm taħt arrest preventiv wara li fuqu instabet droga kannabis.

Ir-raġel ta’ 38 sena u li jgħix fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien fil-kumpanija ta’ nies oħra f’San Ġiljan meta waqt ronda tal-pulizija huma dehru suspettużi.

Aqra aktar

Froda lil min kien ifornih bil-pastizzi

Sid ta’ ħanut tal-pastizzi fil-Marsa intbagħat 38 xahar ħabs wara li froda lil min kien ifornih bil-pastizzi. Inizzjalment, l-akkużat Derrick Schembri ta’ tletin sena kien qed iħallas bla problemi lil Mario Kitcher iżda imbagħad kien hemm xi ċekkijiet li ma issarfux u Schembri għamel tajjeb għalihom bi ħlas ta’ flus kontanti.

Aqra aktar

Bi probation wara li kixef il-ġenitali

Żagħżugħ ta’ 27 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li kixef il-parti ġenitali quddiem waħda mill-fattigi f’lukunda. Bogdan Valentin Arthur Alfred Cilia ammetta li f’Ġunju tal-elfejn u tlettax wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ fattiga.

Il-każ seħħ meta Cilia u sħabu marru Paceville bl-akkużat jispiċċa fis-sakra. Huma ddeċidew li jmorru jieħdu kolazzjoni fil-lukanda u f’xi ħin sħabu telqu. Dan sehh wara li huwa ra lil waħda mill-‘maids’ u beda jimxi warajha sakemm f’ħin minnhom daħal warajha f’kamra u wrieha l-parti intima tiegħu.

Sentenza sospiża wara li werwer titjijra

Bulgaru li f’Ġunju li għadda rrimarka l-kliem “Ħadd mhu se jsalva” eżatt qabel titjira, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat is-somma ta’ €3,800. Dan rriżulta minn titjira minn Malta li kienet sejra Ateni meta hekk kif il-passiġġieri kienu fil-kowċ biex mit-terminal biex jaslu sa ħdejn l-ajruplan, Ivan Manolov, ta’ tnejn u ħamsin sena, instema’ jgħid il-kliem, “No-one is going to survive.”

Koppja li semgħetu, irrapportat mill-ewwel lil uffiċjali tal-ajruport li min-naħa tagħhom avżaw lill-Pulizija u l-Bulgaru ġie arrestat. L-imputat kien ilu jgħix Malta għal xi erba’ snin u huwa kien jaqsam fejn kien jgħix ma’ persuni oħra iżda ġara li sidt l-appartament keċċietu wara li nqala’ l-ġlied bejnu u bejn dawk li kien jgħix magħhom.

Aqra aktar

Akkużat li pparteċipa f’atti sesswali ma’ wliedu

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq b’arrest il-Qorti mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali u li kkorrompa liż-żewġ uliedu bniet.

Ġie allegat li raġel wettaq dawn l-atti fuq perjodu ta’ sitt snin u li saħansitra mmasturba quddiem uliedu.

Fil-qorti ħareġ li l-ewwel kienet waħda mit-tfal li tkellmet u stqarret li oħta ukoll kienet għaddiet mill-stess esperjenza.Aqra aktar

Beżgħu għas-sigurtá tagħhom

Dalgħodu fil-Qorti, waqt li kien qed ikompli jinstema’ l-każ ta’ tranġar tal-logħob, b’rabta mal-partita bejn Malta u l-Montengro ta’ Marzu li għadda, iż-żewġ plejers li qed jiġu akkużati stqarrew li r-raġuni għala ma rrapurtawx lil individwi Asjatiċi li avviniċawhom biex jintxraw għal din il-logħba sempliċiment kienet ħabba is-sigurtà tagħhom.

Aqra aktar

“Fis-sakra” dwar il-każ tas-Sindku li saq xurban

Net News irrapporta li mhux se tkun il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li tisma’ l-każ ta’ libell kontra Anton Refalo mis-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi. Skont Net News, intlaqa’ rikors biex dan is-smigħ ma jsirx quddiem Vella Cuschieri u minflok, il-kawża se tinstema’ quddiem l-Imħallef Lorainne Schembri Orland.

Aqra aktar

Saqsiha jekk sidirha hux naturali…u spiċċa l-Qorti!

Ġuvni Oldaniż ta’ 24 sena tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq ġuvni Olandiż ieħor waqt argument f’Paceville. Il-każ seħħ ilbieraħ wara li ta daqqa lill-ġuvni ieħor, għaliex staqsa lil tfajla jekk sidirha hux naturali jew le.

Il-ferut spjega quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li mad-daqqa intilef minn sensih qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Dan kien mistoqsi jagħarafx lil min tah iddaqqa, u kien pront jidentifika lill-akkużat.

Aqra aktar

Send this to a friend