Qorti – Page 128 – One News

Notifiki

Proposta bidla fil-liġi tal-medjazzjoni

Permezz ta’ emendi proposti f’whitepaper imressqa mill-gvern, il-liġi tal-medjazzjoni se tkun aġġornata biex issir aktar aċċessibbli u tiffaċilita t-triq għall-partijiet li jagħżlu riżluzzjoni amikevoli tat-tilwim.

Il-White Paper tipproponi li l-proċess ta’ medjazzjoni isir obbligatorju, iżda l-partijiet xorta jkollhom l-opportunità li ma jużawhx.

Bil-għan li l-medjazzjoni issir iktar popolari f’ oqsma oħra taċ-ċivil, l-emendi jniedu proġett pilota li tħeġġeġ lill-partijiet involuti f’ tilwima dwar il-kera biex minflok imorru quddiem il-board li jirregola l-kera, li s’issa huwa l-ewwel rikors, jgħaddu quddiem iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni.

Aqra aktar

Libertà proviżorja minkejja li akkużat b’sitt serqiet

Sebastiano Violante, ta’ 37 sena tressaq il-qorti akkuzat b’ sitt serqiet aggravati, serqa sempiliċi, li għamel danni kriminali, li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża preċedenti u li reġa xellef subajh mal-pulizija. Madanakollu, is-Sqalli ngħata l-libertà provizorja mill-magistrat Charmaine Galea.

Aqra aktar

Arrestat l-Għawdxi akkużat li ġab f’Malta 15-il kilo droga

Joseph Rodney Grima ta’ 23 sena minn Għajnsielem, Għawdex tneħitlu l-liberta proviżorja wara l-appell li għamel l-Avukat Ġenerali lill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona dwar il-ħelsien mill-arrest. Huwa ġie akkużat b’importazzjoni u pussess ta’ 15-il kilo droga kokaina li nstabet moħbija f’karozza li nxtrat mir-Renju Unit u li nġiebet f’pajjiżna bil-vapur minn Sqallija nhar it-Tnejn li għadda.

Aqra aktar

Lix-xufier serqitlu l-kartiera, u issa sejra l-ħabs

Sena u erba’ xhur ħabs għal Bulgara li nhar il-Ħamis li għadda serqet kartiera.

Parashkeva Ivanonva, li għandha 34 sena u qed tistenna tarbija, kienet fuq tal-linja mill-Belt għal Baħar iċ-Ċagħaq meta serqet il-kartiera tax-xufier – att li ammettietu hi stess.

Aqra aktar

Il-plejers illiberati mill-akkużi

Il-plejers tat-tim nazzjonali, Kyle Cesare u Emanuel Briffa li kienu mixlija li xxaħħmu qabel il-logħba ta’ Malta kontra l-Montenegro instabu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Aqra aktar

Send this to a friend