Qorti – Page 122 – One News

Notifiki

Is-sigaretti jiswewh sitt xhur ħabs

Matthew Piscopo ta’ 41 sena, ġie kkundanat sitt xhur ħabs u tilef garanzija personali ta’ ħamest elef ewro wara li nstab ħati li bejn is-Sibt u l-Ħadd kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Aqra aktar

Minuri u mixli b’serq

Ġuvni ta’ sbatax-il sena tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ serq u b’kompliċita ta’ serq minn bar f’San Pawl il-Baħar. Huwa ġie arrestat nhar il-Ħadd wara li nqabad mill-Pulizija dieħel f’bar wara li kisser l-ħġieġ biex jisraq.

Maż-żagħżugħ kien hemm persuna oħra. Il-ġuvni, li ismu ma jistax jissemma għax għadu minuri, ammetta l-akkużi.

L-imputat ġie mixli b’żewġ serqiet oħra: serqa minnhom flus minn kamra ta’ lukanda u serqa oħra involviet affarijiet elettroniċi minn residenza . Il-ġuvni wieġeb mhux ħati għal dawn il-każijiet. Huwa akkużat li kkommetta diversi reati waqt li kellu sentenza sospiża, u li sar reċediv.

Akkużat li għen lil bint l-Imnieħru tisraq flus il-ġenituri tagħha

Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ l-aħħar argumenti f’każ fejn ċertu Luke Farrugia qed ikun akkużat li għen lil bint Mario Camilleri l-Imnieħru, illum mejjet, tisraq lil ġenituri tagħha.

Is-somma li allegatament kienet misruqa titla’ għal kważi LM 30,000. Farrugia huwa akkużat b’kompliċità fuq is-serq ta’ LM19,000. Sarah Camilleri kienet kisbet il-maħfra ta’ omma iżda Farrugia għadu qed jiffaċja l-ġustizzja akkuża b’kompliċità u li gawda mill-istess flus.

Aqra aktar

Akkużat li hedded Pulizija

Raġel ta’ 26 sena mill-Gana u residenti Marsalforn ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta fil-Qorti li hedded uffiċċjal tal-Pulizija.
Aqra aktar

Afrikan akkużat bi frodi

Afrikan ta’ 35 sena li joqgħod Tas-Sliema, qed jinżamm arrestat wara akkużi ta’ frodi b’dannu għal Spanjola ukoll residenti Malta.Huwa qed jiġi akkużat li f’Lulju tas-sena l-oħra qarraq bil-mara billi qal li kien negozjant, u kkonvinċiha tagħti mal-ħmistax –il elf ewro fi flus biex jiġu investiti. Akkużi li huwa ċaħad.

Aqra aktar

Send this to a friend