Qorti – Page 121 – One News

Notifiki

Il-knejjes Karkariżi l-aktar fil-mira

Fl-aħħar għaxar snin, saru 273 rapport ta’ serq minn knejjes. 119 minn dawn il-każi kienu propjeta tal-Knisja filwaqt li 154 kienu rapporti dwar serq fuq viżitatturi. L-akbar numru ta’ rapporti saru fil-Knejjes u Kappelli ta’ Birkirkara. Fl-2012, f’din l-akbar lokalitá f’Malta ġew irrapurtati ħames serqiet.
Aqra aktar

Mhux ħati li qatel lil Cassone

Ir-raġel li kien akkużat bil-qtil ta’ Vittorio Cassone ma nstabx ħati b’sebgħa voti kontra tnejn.

Il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom illejla wara li kienu ilhom minn dalgħodu jiddelebraw dwar każ li jmur lura għal 1993.
Aqra aktar

Kumpens talli tkeċċiet inġustament

Mara ta’ sitta u tletin sena li kienet taħdem bħala sovra intendenza għas-sigurta’ mal-kumpanija SL Shipping Management Limited ingħatat kumpens ta’ tletin elf ewro wara li sar magħruf li tkeċċiet inġustament.
Aqra aktar

Il-Halloween jaf jiswih qares

Libjan jista’ jħallas qares minħabba festin tal-Halloween li attenda.

Dan wara li biex mar jitbaħrad ġo dan il-festin spiċċa kiser il-libertà kundizzjonata imposta fuqu wara li bħalissa jinsab mixli bi stupru.
Aqra aktar

Għawdxi akkużat li hedded u werwer

Raġel ta’ 36 sena residenti Għajnsielem tressaq il-Qorti mill-Pulizija tar-Rabat, akkużat li lbieraħ u anke qabel hedded lill-terzi persuni u kkaġunalhom biża’ li ser tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħhom jew fuq il-propjeta’ taghhom.

Huwa kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma ta’ nar barra mill-fond imsemmi fil-liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

 

 

Send this to a friend