Qorti – Page 119 – One News

Notifiki

Theddida ta’ bomba fil-Qorti

Bħalissa n-nies qed jinħarġu mill-Qorti wara theddida ta’ bomba. Il-Pulizija tinsab fuq il-post fejn s’issa l-investigazzjoni tagħha ma wasslet għall-ebda riżultat.
Aqra aktar

Il-qorti ma tridx iktar dewmien

L-Imħallef Edwina Grima ma laqatx it-talba tal-Avukat Ġenerali li jipposponi s-smiegħ tal-każ ta’ Joseph Xuereb, li għandu jibda jinstema’ nhar it-Tnejn u li ilu jkun pospost għal dawn l-aħħar erba’ snin.Aqra aktar

Eks manager tat-Tarzna jirbaħ €30,000, tlettax-il sena wara

Eks manager fit-Tarzna ta’ Malta rebaħ kumpens ta’ €30,000, tlettax–il sena wara li kien imkeċċi mit-tarzna b’mod diskriminatorju.

Id-deċiżjoni ngħatat mit-Tribunal Industrijali fil-każ li Lawrence Bilocca fetaħ kontra t-Tarzna ta’ Malta.

Issa l-gvern għandu tletin jum biex iħallas lil Bilocca, anke għax huwa kien l-uniku azzjonist tat-Tarzna.

Aqra aktar

INFAQA’ JIBKI FL-AWLA – l-akkużat bil-qtil ta’ Caroline Magri

Il-Pulizija ressqet il-Qorti l-akkużat bil-qtil ta’ Caroline Magri, nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Wara li fl-aħħar jiem l-akkużat kien taħt kura psikjatrika, kien rilaxxat fl-aħħar sigħat biex il-Pulizija setgħet tkompli bl-investigazzjoni tagħha.

L-akkużat huwa s-sieħeb tagħha, li nfexx jibki fl-awla u qiegħed jikkomunika permezz ta’ traduttur, peress li jitkellem biss Franċiż.

L-Ispettur Keith Arnaud preżenta taħt arrest lil Djibril Ganiou, ta’ 33 sena, imwieled l-Badou, Togo u li jgħix Tas-Sliema. Huwa kiseb permess biex jgħix l-Italja.

Jinsab akkużat li nhar it-30 ta’ Settembru f’Ta’ Giorni intenzjonalment qatel lil Caroline Magri.  Akkużat li kellu armat b’arma tan-nar u sikkina jew arma li taqta’.

L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma kkontestax għall-ħelsien mill-arrest. Għaldaqstant huwa se jiba’ fil-kustodja tal-Pulizija.

Send this to a friend