Qorti – Page 118 – One News

Notifiki

€55,000 kumpens lil lukanda f’Għawdex

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet ordnata tħallas ħamsa u ħamsin elf ewro lill-lukanda f’Għawdex wara ħsarat estensivi f’sala tal- Grand Hotel f’Għajnsielem. Il-Ħsarat kienu riżultat ta’ maltemp li kien dannu għas-sistema tad-drenaġġ f’ Għawdex.
Aqra aktar

Tinżamm arrestata Taljana b’rabtiet mafjużi

Taljana li kienet arrestata f’Malta mistennija tappella għal estradizzjoni quddiem il-Qrati Maltin.
Donatella Concas ta’ erbgħin sena residenti l-Mosta kienet arrestata wara li isimha deher f’sistema ta’ allert f’informazzjoni tax-Schengen. Qed jingħat ukoll li Concas tagħmel parti mill-Camorra clan, għaqda mafjuża.
Aqra aktar

Tinfexx tgħajjat għala qatlilha lil bintha

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bdiet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Caroline Magri.

Fl-aħħar ta’ Settembru li għadda, Caroline Magri ta’ wieħed u erbgħin sena kienet instabet mejta fl-appartament tagħha.
Aqra aktar

Ma kinux torti!

Serb ta’ 37 sena mill-Qawra li kien ilu mfittex mill-Pulizija erba’ snin, ġie arrestat u kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ karta tal-identità falza, u li kien qed jgħix f’pajjiżna illegalment.

Is-Serb instab wara li kien intervistat fuq gazzetta barranija dwar is-suċċess li qed jagħmel fix-xogħol tiegħu fit-torti f’pajjiżna. Suċċess li żiedlu fis-sentenza, hekk kif ġie akkużat ukoll li ma ddikjarax in-negozju tiegħu ma’ JobsPlus.

Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat kien ibiegħ mal-mitejn torta kuljum għal għaxar ewro ’l waħda. Wara li jiskonta l-piena, is-Serb mistenni jkun deportat lejn pajjiżu.

Sentenza ħabs ħmistax-il sena wara

Joseph Camilleri ta’ 44 sena miż-Żurrieq intbagħat tmintax-il xahar ħabs u weħel multa t’ elf ewro wara li nstab ħati li ħmistax-il sena ilu kien fil-pussess tal-kokaina u l-kannabis.
Aqra aktar

Ħaddiema tax-xatt jirċievu kumpens miljunarju

Disa’ ħaddiema tax-xatt mistennija jirċievu kumpens ta’ €1.7 miljun bejniethom wara li l-Qorti ippreseduta mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland iddeċiediet li saret diskriminazzjoni fil-konfront tal-ħaddiema.

Il-każ imur lura għall-elfejn u tmienja meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien iddeċieda li jintroduċi skema ta’ irtirar kmieni għal ħaddiema tax-xatt. Wara li d-disa’ impjegati inkwistjoni aċċettaw din l-iskema u ħadu l-kumpens kif maqbul, meta waslu għall-età tal-pensjoni ta’ wieħed u sittin sena huma tilfu wkoll id-dritt tat-tiġdid tal-liċenzja tal-port.

Aqra aktar

Meħlus l-allegat ħalliel tal-ġiżirajjen

Raġel ta’ 52 sena akkużat il wettaq tliet serqiet u wara ħarab minn fuq il-post ingħata l-libertà minħabba nuqqas ta’ provi. Joseph Xuereb kien mixli li ħataf ġiżrajjen minn għonq tliet nisa anzjani, ta’ 80, 82 u 78 sena, f’Settembru 2012. Kien akkużat li wara li seraq dawn il-ġiżrajjen, ħarab jiġri minn fuq il-post bil-karozza.

Kien akkużat ukoll li kien reċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mgħotija lilu taħt ċirkostanzi oħra.

 

Ħabs, multa u isem imċappas għal mara li pprostitwixxiet tifla

Maltija ta’ 34 sena, Anna Maria Jimenez, kienet ikkundannata erba’ snin ħabs b’rabta ma’ qligħ minn prostituzzjoni. Dan il-qligħ kienet qed tagħmlu billi ‘tħaddem’ tifla ta’ 15-il sena. Jimenez ma nstabitx ħatja li kkorrompiet lit-tfajla u li kienet tipparteċipa f’attivitajiet sesswali magħha.
Aqra aktar

Send this to a friend