Qorti – Page 117 – One News

Notifiki

Għawdxi akkużat li hedded u werwer

Raġel ta’ 36 sena residenti Għajnsielem tressaq il-Qorti mill-Pulizija tar-Rabat, akkużat li lbieraħ u anke qabel hedded lill-terzi persuni u kkaġunalhom biża’ li ser tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħhom jew fuq il-propjeta’ taghhom.

Huwa kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma ta’ nar barra mill-fond imsemmi fil-liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

 

 

ILLIBERATI; kienet prassi li kienet ilha sseħħ fi żmien Gvern preċedenti

Kienu illiberati minn kull akkuża Peter Mercieca, li kien imexxi l-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex, u uffiċjal ieħor Adeodato Spi­teri. Dawn kienu qed jiffaċċaw għaxar akkużi ta’ abbużi, fosthom li Mercieca kien jiffirma għax-xogħol f’isem sieħbu, waqt li dan kien għal vaganza fl-Awstralja.  Dan bejn tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009.

Aqra aktar

Bagħtu l-parir lill-Prim Ministru dwar ġudikanti ġodda

Il-Kumitat li jevalwa n-nomini tal-ġudikatura diġa’ approva l-ewwel ismijiet li għandhom ikunu maħtura bħala ġudikanti ġodda u jinħatru bħala Imħallfin jew Maġistrati.

Il-parir intbagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Issa jkun il-Kabinett li jiddeċiedi, bil-Prim Ministru jtenni li se jkun qed iżomm mal-parir tal-kummissjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend