Qorti | One News - Part 11

Notifiki

Fis-saħna tal-mument, qabad sikkina u qatel lil Shannon Mak fit-triq

Jelle Rijpma, ir-raġel ta’ 22 sena u li qed jiġi akkużat li fit-tlieta ta’ Awwissu li għadda qatel lit-tfajla tiegħu Shanon Mak ta’ 30 sena, spejga mal-investigaturi li kien waqt saħna tal-mument li qabad sikkina u qatel lil Mak fit-triq.

Is-Supretendent Raymond Cassar spjega quddiem il-Qorti s-sekwenza li wasslet għall-qtil tat-tfajla. Hu spjega kif it-tfajla nstabet f’għadira demm bejn karozza u ħajt ħdejn l-appartament tal-akkużat fi triq il-Mastrudaxxi f’Santa Venera.Aqra aktar

Jerġa’ jitressaq il-Qorti u jinżamm arrestat ir-raġel li neża għarwien

Glen Abela ta’ 30 sena residenti Ħad-Dingli nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li lbieraħ ikkaġuna ġrieħ lil ċertu Melvin Debono permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta fil-Marsa.

Abela kien fuq tliet snin probation mogħtija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace 12-il ġurnata ilu wara li kien ammetta li neża għarwien fil-pubbliku u hedded uffiċjal ta’ Transport Malta.Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-akkużat ibati mill-psikożi u prova jneħħi s-saħta minn fuq is-sieħba tiegħu- jixhed il-psikjatra

Baqa’ jinżamm arrestat ir-raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li jinsab mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius f’Settembru li għadda f’Raħal Ġdid.

Waqt li kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Michael Emmanuel, il-Psikjatra Joe Cassar xehed li l-akkużat ibati minn psikożi, kundizzjoni li ma tħallihx jgħix ir-realtà.Aqra aktar

Kien jieħu l-mobile tas-sieħba biex jaċċessa l-profili soċjali tagħha

F’żewġ każi separati l-Qorti semgħet kif raġel kien juża mobile phone tas-sieħba tiegħu sabiex jaċċessa il-profili tagħha fis-siti soċjali u kif wara l-mara pruvat tkisser l-apparat elettroniku li kien tiegħu.

Ir-raġel ta’ 37 sena wieġeb li mhux ħati għall-akkużi. Huwa kien akkużat ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. Huwa ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest.Aqra aktar

12-il xahar priġunerija maħfura wara akkużi ta’ traffikar ta’ eroina

F’Sentenza importanti mill-Qorti tal-Appell, mara ta’ 39 sena ġiet meħlusa minn kull akkuża ta’ traffikar ta’ droga eroina wara li fl-appell hija saħqet li ma ngħatatx d-dritt li tkun mgħejjuna minn avukat waqt li tat stqarrijiet lil pulizija filwaqt li sar tiftix mill-pulizija mingħajr ma kienet mgħarrfa li hija setgħet tirrifjuta li jsirilha t-tiftix.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat fuq abbuż sesswali fuq tfajliet taħt l-età li kien qed jieħu ħsieb

Norman Bugeja, ta’ 57 sena minn Ħal Luqa inżamm arrestat wara li kien akkużat b’abbuż sesswali ta’ erba’ bniet f’ċentru miftuħ għall-minorenni li qed ifittxu l-ażil.

L-akkużat, li jaħdem bħala support worker fl-istess ċentru, tressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn ġie akkużat ukoll li talab favuri sesswali mingħand il-bniet, li għandhom bejn is-16 u s-17-il sena.Aqra aktar

Il-Kaptan tal-MV Lifeline lura l-Qorti

Il-Kaptan tal-MV Lifeline Claus-Peter Reisch reġa’ lura l-Qorti hekk kif għadu qed jinstema’ l-każ kontrih dwar li daħħal il-bastiment bl-immigranti f’ibħra territorjali Maltin mingħajr ir-reġistrazzjonijiet u l-liċenzji meħtieġa.

Il-Maġistrat Joe Mifsud rodna li ittri li nbtagħtu f’Qorti Oldaniża jitolbu għall-provi jkunu meqluba mill-Olandiż għall-Ingliż hekk kif ma kienx hemm persuni preżenti fil-Qorti li setgħu jagħmlu dan. Aqra aktar

Send this to a friend