Qorti – One News

Notifiki

Jintbagħat 12-il xahar ħabs wara li seraq iPhone

Raġel Barrani ta’ 23 sena ntbagħat 12-il xahar priġunerija wara li wieġeb ħati li t-Tlieta fis-6 ta’ filgħodu seraq iPhone mingħand persuna fil-bajja ta’ San Ġorġ.  L-ispettur Xerri spjega kif l-arrest sar wara li l-vittma għamlet rapport li persuna li kienet talbitha sigarett spiċċat serqitilha l-mobile.  Mal-arrest fuq il-persuna tal-akkużat instabu żewġ mobiles b’wieħed minnhom ikun l-iphone tal-vittma. Aqra aktar

Raġel jinżamm arrestat wara li aggredixxa żewġ pulizija

Terence Grixti ta’ erbgħa u tlettin sena inzamm arrestat wara li allegatament aggredixxa żewġ uffiċjali tal-pulizija.

Il-kaz ġara nhar il-Ħadd filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, meta l-akkuzzat twaqqaf bil-vettura tiegħu Alfa Romeo mill-pulizija għax kien qiegħed issuq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni.

Għal xi raġuni qam argument, bl-akkuzzat aggredixxa u hedded surġent u kuntistabbli tal-pulizija. Huma weġggħu ħafif.

It-tlieta filgħodu tressaq il-qorti akkuzzat li saq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni, m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li hedded u weġgħa zewġ pulizija ħafif.Aqra aktar

Raġel bi storja twila kriminali lura l-qorti wara li seraq strumenti mużikali

Raġel minn Ħal Qormi inzamm arrestat wara li allegatament seraq strumenti tal-muzika mingħand grupp tal-muzika lokali Cryptic Street.

Renald Baldacchino ta’ erbgħin sena ġie iddentifikat wara li kien hu li kiteb fuq il-Maltapark li jrid ibiegħ zewġ strumenti tal-muzika. Bl-istrumenti ġew iddentifikati mill-pulizija li huma l-stess strumenti li ġew misruqa iktar minn sena u nofs ilu mill-garaxx tal-grupp f’Birkirkara.

L-akkuzzat li għandu rekord kriminali wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih.
Baldacchino li huwa riċediv ġie akkuzzat li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mas-sentenza sospiza u l-ħelsien mill-arrest li ingħata għall-erba darbiet.

Għaldaqstant il-Maġistrat Neville Camilleri ordna sabiex l-akkuzzat jinzamm arrestat.

Send this to a friend