Qormi – One News

Notifiki

Jaħrab immanettjat mill-għassa ta’ Ħal Qormi- il-Pulizija tappella għall-għajnuna

Il-Pulizija f’Ħal Qormi jisabu għaddejjin bi tfittxija għal Abdulsalam Ben Hamed ta’ 45 sena li ħarab immanettjat mill-għassa tal-Pulizija f’Ħal Qormi. Dan ġara għall-ħabta tas-12:50 il-Ġimgħa.

Kull min għandu xi informazzjoni huwa mitlub jikkuntattja l-Pulizija fuq in-numru 119.

Ir-raġel huwa ta’ nisel Afrikan u kien liebes ġakketta sewda u ħamra u qalziet iswed.

Impenji tal-President ta’ Malta f’Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca l-bieraħ uffiċjalment inawgurat ċentru ta’ matul il-jum ikkordinat mill-għaqda Nanniet Malta fiż-żona parrokjali ta’ Sant’ Andrija ġewwa Ħaż-Żabbar. Il-President irringrazzjat lil din l-għaqda tal-proattività tagħha fl-aħjar interess tal-anzjani tagħna.

Fl-istess jum il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-inawgurazzjoni ta’ Pjazza San Sebastjan ġewwa Ħal Qormi, wara proġett ta’ riġenerazzjoni.

It-triq li tgħaqqad il-Marsa ma’ Ħal Qormi se tingħalaq għat-traffiku bejn it-Tlieta u l-Erbgħa

Mid-09:00 it-Tlieta sa kmieni l-Erbgħa filgħodu, it-triq li tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq il-Marsa, (it-triq taċ-Ċimiterju tat-Torok), se tkun magħluqa għat-traffiku miż-żewġ direzzjonijiet minħabba xogħlijiet li se jkunu qed isiru bħala parti mill-proġett tal-Junction tal-Marsa.

Infrastructure Malta ħabbret ukoll li x-xogħol fuq Triq il-Gvern Lokali wasal fi stadju avvanzat u din mistennija tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku fil-ġimgħat li ġejjin. Aqra aktar

150 metru ta’ culverts f’Ħal Qormi bħala tkomplija tal-proġett kontra l-għargħar

Bħala tkomplija tal-proġett ta’ kontra l-għargħar f’Ħal Qormi, ftit tal-jiem oħra se jitlestew 150 metru ta’ ‘culverts’ oħra tul it-Triq Dun Mario fil-qalba ta’ Ħal Qormi.

Għal dawn l-aħħar snin, din it-triq kienet fost l-aktar toroq f’Ħal Qormi li kienu jżommu ilma hekk kif kienet isservi ta’ kanal tal-ilma bejn żewġ partijiet f’Ħal Qormi.  Aqra aktar

Send this to a friend