qawra – One News

Notifiki

ARA: Ma kinux jgħaddu mingħajr xulxin – Ġirien tal-koppja Harvey

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija kompliet tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ mara Ingliża ta’ 69 sena li kienet ilha mejta mill-14 ta’ Novembru li għadda, fid-dar li kienet tgħix ma’ żewġha, fi Triq San Luqa f’San Pawl il-Baħar.

ONE News hu nfurmat li qarib tagħha kien ilu għal dawn l-aħħar xhur jipprova jikkuntatja lil mara, iżda żewġha kien jgħidlu li hi tinsab tajba. Kien hawn li l-qarib tagħha li jgħix barra minn xtutna ssuspetta ħażin u nnotifika lill-awtoritajiet. Għalhekk il-Kummissjoni għolja Ingliża f’pajjiżna talbet l-għajnuna tal-Pulizija sabiex jfittxu lill-mara.

Crew minn ONE News mar fuq il-post u tkellem mar-residenti fejn qalu li l-koppja Harvey ma kinux jgħaddu mingħajr xulxin.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2019/02/19/qarib-tal-mejta-kien-ilu-xhur-jipprova-jkellimha-bzewgha-jghidlu-li-tinsab-tajba/

Il-PN tilef għax ma baqax kredibbli u issa sejjer mill-ħażin għall-agħar

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013 għax ippreżenta pjan b’saħħtu għat-tmexxija tal-pajjiż u kien għalhekk ukoll li kien ikkonfermat fl-2017 b’maġġoranza storika. Din hi xi ħaġa li għadha ma tistax tinżel lill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li sal-lum għadhom qed jipprovaw jirkbu fuq il-gideb bil-għan li jipprovaw isibu xi skuża għaliex il-poplu warrabhom mit-tmexxija tal-pajjiż b’saħħa liema bħalha. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Aqra aktar

Lukanda abbandunata tieħu n-nar fil-Qawra

Lukanda abbandunata fi Triq it-Tamal fil-Qawra ħadet in-nar ftit tal-ħin ilu. Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li ma kienx hemm bżonn intervent mediku fuq il-post hekk kif ma kienx hemm nies fl-inħawi.

Jitlestew l-ewwel żewġ sulari tal-iskola primarja tal-Qawra

Miexi rittmu mgħaġġel u skont kif ippjanat ix-xogħol fuq l-iskola primarja l-ġdida tal-Qawra bl-ewwel żewġ sulari tal-iskola diġá bdew jieħdu s-sura tagħhom.

L-iskola l-ġdida qed tinbena fuq medda ta’ art mifurxa fuq disat elef u ħames mitt metru kwadru. L-investiment fuq din l-iskola mistenni jilħaq l-għaxar miljun ewro.

Ix-xogħlijiet kollha ta’ bini qed isiru mill-Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ għada u mistennija tilqa’ l-ewwel studenti f’Ottubru tas-sena d-dieħla.

Il-pjanti ta’ din l-iskola kellhom jinbidlu minħabba l-fatt li kulma jmur, il-popolazzjoni fil-lokalità qiegħda tkompli tikber tant li saret l-akbar lokalità li fiha jgħixu nies fil-gżejjer Maltin.Aqra aktar

ARA: L-operazzjoni biex jitneħħa l-vapur inkaljat fil-Qawra

It-tanker żgħir registrat fit-Togo  li nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, qed jibda’ jitneħħa minn fuq il-blat u jitpoġġa lura fil-baħar. Dan wara li f’Mejju, xhur wara li nkalja fuq il-blat, ħarġu l-permessi meħtieġa u l-awtoritajiet approvaw il-metodu kif se jitneħħa t-tanker.Aqra aktar

Send this to a friend