qattus – One News

Qattus jidħol jieħu nagħsa f’vetrina tal-ħanut tal-ħwejjeġ

Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali bħalissa qed inissel tbissima fuq fomm bosta, hekk kif qattus jidher rieqed f’vetrina ta’ ħanut f’Malta.

Ġest li żgur nisel għasel ma’ bosta, hekk kif fiż-żmienijiet xitwin li riesqin fuq pajjiżna, kulħadd ikollu bżonn naqra kenn u sigurtà mill-elementi. Tant, li ħafna juru tħassib minħabba annimali mingħajr dar li mhux dejjem isibu kenn f’dawn iż-żmienijiet.Aqra aktar

Ebda rapport lill-Pulizija mix-xhieda dwar tal-qtil tal-ferħ ta’qattus f’Għajn Tuffieħa

Il-Lega Għad-Difiża tal-Annimali skopriet li ma kien hemm ebda rapport uffiċjali rappurtati lill-Pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil tal-qattus ferħ fi stabbiliment f’Għajn Tuffieħa.

Il-ferħ tal-qattus inqatel wara li dan mar jittallab x’jiekol mingħand in-nies li kienu qegħdin jieklu hemm nhar il-Ħadd 12 t’ Awwissu. Filwaqt li l-pulizija ħadu diversi verzjonijiet dwar dak li ġara mingħand nies differenti, ma kien hemm ebda rapport uffiċjali mingħand ix-xhieda.Aqra aktar

Bil-Filmat: Ħelwin u tal-gdim

Ħbieb ikollok ħafna fil-ħajja, imma naħseb lkoll  naqblu li l-annimali jħobbuk bla preċedent. Ma tistax ma tħobbhomx u tkun ħasra kbira u għajb għal min jaħqarhom.

Filmat: Taqbeż fi xmara biex issalva qattus

Qattus ċkejken ġie salvat mix-xmara Hillsborough fi Florida wara li waqa’ għax kien qed jibża.

Kienet propju mara li kienet qed taqdaf fix-xmara li ndunat x’kien qed jiġri u baqgħet sakemm qabżett fix-xmara u salvatlu ħajtu.

Il-qattus u kif ukoll dik li salvatu ttellgħu bl-għajnuna ta’ dgħajsa li kienet fil-qrib fejn saħansitra ġie addottat propju dak il-ħin stess. Hu ngħata l-isem ta’ ‘Lucky’ għax kien veru xortih tajba.

Aqra aktar