qassis | One News

Notifiki

Qassis u surmast ta’ skola mhux ħati li sawwat tifel

Qassis ta’ 63 sena, li huwa wkoll kap ta’ skola fir-Rabat Għawdex, ma nstabx ħati li sawwat tifel li għandu. L-allegat każ seħħ f’Mejju li għadda.

Dun Karm Gauci kien qed jaffaċċja akkużi li ħebb għal student fil-Konservatorju tal-Isqof, skola primarja tar-Rabat, u wassal biex it-tifel jibża’ li se tintuża l-vjolenza kontrih. Aqra aktar

Bil-Filmat: Monsinjur allegatament sawwat tifel fi skola

Monsinjur li kien imexxi skola primarja tal-Knisja f’Għawdex tressaq il-Qorti akkużat li allegatament sawwat tifel t’għaxar snin.

Monsinjur Karm Gauci, li sa ftit tax-xhur ilu kien il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti fil-ħdax t’Ottubru, b’kontravenzjoni.

Aqra aktar

Kliem iebes għat-tmexxija fil-Knisja

Ir-retweet tal-Arċisqof, fejn il-Gvern Malti tqabbel mal-mafja, u t-tmexxija tal-midja tal-Knisja qed jiġbdu l-kundanna ta’ iktar membri tal-kleru. Fil-programm Arena, Dun Ġorg Dalli kellu kliem iebes, bir-rappreżentant tal-Kurja jiġġustifika u jispjega fi kliemu l-attitudni tal-Arċisqof.

Aqra aktar

Ta giżirana tad-deheb lill-qassis u għamel rapport falz biex jieħu l-flus

Anthony Mc Kay ta’ 27 sena kien akkużat li nhar is-17 ta’ Mejju 2010 għamel rapport falz fl-għassa tal-Pulizija, fejn qal li kien tilef giżirana tad-deheb fil-grawnd ta’ Ta’ Qali biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni tagħha. Kien ukoll akkużat li għamel vendikazzjoni fuq il-karozza ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, imma minħabba nuqqas ta’ provi, ma nstabx ħati.

Primarjament, il-kumpanija t’assigurazzjoni rrifjutat li taghti s-somma ta’ €7,400 lil Mc Kay u wara komossjoni li qajjem fl-uffiċini tal-kumpannija, ġie mogħti l-ammont ta’ €2,000. Kien f’dan iż-żmien li mpjegata tal-kumpannija sabet brix u r-roti tal-karozza mifqugħa.

Aqra aktar

Qassis jisraq lill-parruċċani biex iħallas prostituti rġiel

Qassis Ingliż ammetta tliet akkużi kontrih fil-Qorti Ingliża ta’ Westminter. Andrew Sloane ta’ 63 sena qarraq bi tliet parruċċani nisa u qalilhom li għandu bżonn il-flus. Irnexxilu jiġbor xejn inqas minn £14,500, iżda l-iskop ma’ kien qaddis xejn. Skont tabloids Ingliżi, Sloane użda l-flus biex iħallas irġiel li jbiegħu ġisimhom. Barra minn hekk, il-kuratur ta’ St Paul’s Church f’Knightsbridge, Londra, għattielu u spjega lill-parruċċani li s-self ta’ flus kellu jinżamm sigriet.

Aqra aktar

It-teżorier tal-Vatikan akkużat b’abbuż sesswali

It-teżorier tal-Vatikan li huwa wieħed mill-iktar figuri kattoliċi importanti fl-Awstralja, il-Kardinal George Pell, ġie akkużat b’offiżi sesswali fl-Awstralja.

Akkużi li huma relatati ma’ dawk li allegatament qed jiġu msejħa mill-Pulizija f’Victoria bħala inċidenti “storiċi”.  Allegazzjonijiet li skont il-Pulizija saru minn diversi persuni.

Aqra aktar

Qassis Għawdxi jinstab ħati li mess tifla ta’ 13-il sena b’mod mhux xieraq

Jesmond Gauci, qassis ta’ ħamsa u erbgħin sena li kien iservi fix-Xagħra Għawdex, ingħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal tliet snin. Dan wara li nstab ħati li mess lil tifla ta’ tlettax-il sena b’mod mhux xieraq.

Fl-istess waqt il-Qorti ma sabitux ħati li kellu relazzjoni sesswali mat-tifla, u ma żewġt ibniet oħra taħt l-età.

Huwa ma nstabx ħati lanqas li tahom fastidju bl-użu tat-teknoloġija.

Aqra aktar

Qassis arrestat fuq pornografija tat-tfal u pussess ta’ droga

Qassis minn New York ġie arrestat wara li l-Pulziija sabulu pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tiegħu, kif ukoll droga kemm fl-uffiċċju tal-Knisja u kif ukoll fil-kamra tas-sodda.

Christopher King, ta’ 51 sena, kellu ħames filmati ta’ pornografija fuq il-kompjuter tiegħu, fejn fihom kien hemm attività sesswali ma’ subien tal-età sentejn jew tlieta.

Aqra aktar

Il-qassis anzjan fil-qalba ta’ Paceville

Għandu 83 sena u ħidmietu żżommu fil-qalba ta’ Paceville, il-mekka tad-divertiment. Għex ħajtu man-nies, grazzi għall-futbol u l-missjoni edukattiva u soċjali tiegħu, u sal-lum għadu jħoss il-polz tas-soċjetà. Fil-ġimgħa tal-Milied kien proprju dwar dan l-iktar li xtaqna nitkellmu mal-Patri Agostinjan Hilary Tagliaferro.

L-iktar proġett importanti li għandek f’idejk huwa l-Millenium Chapel. X’inhu x-xogħol li qed isir hemm?

Bażikament, aħna ridna nimmiraw lejn il-bniedem b’mod ħolistiku. Nemmen li Paceville huwa post li għandu t-tajjeb tiegħu, għaliex il-bniedem għandu bżonn li jiddeverti. Madankollu, l-iskop tal-kappella kien li f’nofs dan l-istorbju u d-divertiment kollu, aħna noffru post ta’ silenzju u trankwillità sabiex dak li jkun jista’ jirrifletti u jingħaqad m’Alla. Ta’ min isemmi li għandna żewġ ġemmellaġġi, li huma mas-soritijiet tal-Klawsura ta’ Birkirkara, għaliex fatt interessanti huwa li tliet sorijiet minnhom kienu jiġu Paceville biex jiddevertu u mbagħad jgħaddu l-Millenium Chapel, u jħossu li l-vokazzjoni tagħhom kienet grazzi għall-kappella, filwaqt li anke mal-YFA. Naħdmu ħafna għaż-żgħażagħ u nagħtu kas il-ġisem tal-bniedem.

Għandna wkoll siġra li permezz tagħha nfakkru dawk iż-żgħażagħ li jkunu tilfu ħajjithom b’mod traġiku. Barra minn dan is-simboliżmu, għandna wkoll 13-il counsellor professjonali li jaħdmu maż-żgħażagħ li jkollhom xi problemi ta’ vizzji jew affarijiet oħrajn konċernati mal-ħajja ta’ kuljum. Insemmi wkoll skrin li għandna barra l-kappella, fejn minflok juri reklami, juri messaġġi tagħna, li huma messaġġi ta’ kuraġġ, motivazzjoni u anke mħabba.

Aqra aktar

Send this to a friend