qamar – One News

Notifiki

Żewġ persuni jħallsu biex iduru dawra mal-qamar

Kumpanija privata Amerikana li għandha rokit li jispara kapsula spazjali, SpaceX, ħabbret li se tkun qed itella’ żewġ ċittadini privati li ħallsu biex iduru dawra mal-qamar.

Ir-rokit mistenni li jitla’ fl-ispazju lejn l-aħħar tas-sena 2018 fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX, Elon Musk, qal li “it-turisti diġà ħalsu ammont kbir f’depożitu.”

Aqra aktar

Meta l-qamar kien “super”

Li rajna l-lejl li għadda kien l-iktar qamar kwinta qrib id-dinja tagħna mill-1948. Dawn ir-ritratti ta’ Jason Borg mid-Dipartiment tal-Informazzjoni juru l-ġmiel li bih il-qamar dawwal il-baħar, daqs li kieku hemm xi forma ta’ dawl artifiċjali.

Dan il-fenomenu jissejjaħ Super Moon u jiġri l-qamar ikun kwinta u jaħbat fl-istess żmien meta jkun qrib id-dinja. Ħaġa li ma tiġrix spiss, tant li wara dan il-lejl, issa jmissna naraw l-istess fenomenu nhar il-25 ta’ Novembru 2034.

Id-dawra tal-qamar madwar id-dinja ma sseħħx x’ċirku perfett, iżda dejjem ikun hemm naħa eqreb lejn id-dinja tagħna minn oħra. Riżultat ta’ dan, id-distanza bejn il-qamar u d-dinja tinbidel tul ix-xahar u tul is-sena. Bħala medja, il-qamar ikun 382,900 kilometru ‘l bogħod mid-dinja. Is-Super Moon kapaċi jidher sa 14% ikbar u 30% aktar imdawwal minn kif naraw il-qamar meta jkun ‘l bogħod mid-dinja.

Xena perfetta li forsi tfakkar f’xi film jew inkella xi proponiment romantiku.

Aqra aktar

Send this to a friend