Qala – One News

Notifiki

Il-PN issa jikkwotaw lil min xebgħu jattakkaw – il-PL

Il-Partit Laburista sostna li filwaqt li l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi f’awtonomija u skont il-politika eżistenti, jinnota li l-Kunsill b’maġġoranza tal-Partit Laburista fil-Qala se jappella mill-permess li ngħata għall-bini ta’ Villa f’żona rurali fil-Qala. Aqra aktar

Il-Kunsill tal-Qala jibqa’ joġġezzjona għall-żvilupp f’Ta’ Muxi

 Il-Kunsill Lokali tal-Qala qal li ser jibqa’ fuq quddiem fil-ħarsien tal-ambjent tal-Qala. Għal dan il-għan ġiet approvata riżoluzzjoni fejn ġew imqabbdin  l-Avukat Claire Bonello u il-Perit Carmel Cacopardo  biex jirrapreżentaw il-Kunsill u jagħmlu s-sottomissjonijiet u proċeduri kollha neċessarji fil-każ tal-applikazzjoni għal-iżvilupp ta’ kamra rurali f`Ta’ Muxi.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali tal-Qala sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Qorti b’rabta ma’ żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg laqa’ b’sodisfazzjoni id-deċiżjoni tal-Qorti li annullat deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar b’rabta mal-proġett ta’ żvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala li ilu jhedded il-futur ta’ din iż-żona għal madwar 16-il sena.Aqra aktar

Il-PM jisħaq li se jibqa’ jiddefendi l-istituzzjonijiet

Fid-diskors tiegħu fl-attività politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Qala f’Għawdex, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li dan il-gvern jaħdem għall-familji Maltin u mhux jedha fl-ispekulazzjoni u z-zekzik.

B’referenza għal dak li qal l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Parlament din il-ġimgħa dwar Egrant, il-Prim Ministru saħaq li hekk kif kulħadd għandu d-dritt li jemmen li jrid, anke Simon Busuttil għandu d-dritt li jibqa’ jagħżel li jemmen l-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Tal-mistħija: Għajn tal-ilma imma moderna

Ghalkemm l-għajn tal-ilma saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna, għadek issib lil min jipprova jimita din l-istruttura antika billi jħalli kontenitur li jintuża għall-ilma f’kantuniera fi Triq is-Simar fil-Qala biex jiddisponi minnu.

Dan minflok għamel użu mis-servizz b’xejn li jingħata mill-Kunsill lokali fejn wieħed jista’ jċempel u jinqeda b’xejn.

Hija kompletament tal-mistħija li għadek issib nies li dak li ma jridux, jarmuh barra,

Send this to a friend