puttinu | One News - Part 2

Notifiki

Kif il-figolli ta’ dawn l-istudenti se jgħinu lill-Puttinu

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia żar il-fabbrika Neriku Caterers f’Kordin fejn iltaqa’ ma’ grupp studenti u l-għalliema tagħhom illi bħalissa jinsabu impenjati jżejnu l-figolli.

Din hija inizjattiva li daħlet fil-kalendarju ta’ kull sena għall-Kulleġġ San Nikola ta’ Ħad-Dingli fejn permezz tal-bejgħ tal-figolli l-qliegħ imur kollu għal Puttinu Cares.
Aqra aktar

Se jgħinu bil-figolli

Għas-sitt sena, l-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, parti mill-kulleġġ San Nikola, għandha proġett mimli eċitament għall-istudenti tagħha. Se jagħmlu l-figolli b’risq it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-Figolla Challenge saret avveniment li ħafna studenti jistennew. L-istudenti jaħdmu id f’id ma’ Neriku Caterers u jitgħallmu kif isir dan it-tip ta’ ħelu tradizzjonali Malti, li wara jkun ippreżentat għall-bejgħ fid-daħla tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soaċjali, f’Palazzo Ferreria li jinsab fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

B’hekk l-għan huwa doppju; igawdi Puttinu u tradizzjoni Maltija tinżamm ħajja wkoll.

Kull min mhux bi ħsiebu jagħmel il-figolli hu din is-sena, almenu jista’ jiżgura ruħu li l-figolli li se jixtri se jmorru għal għan nobbli.

Aqra aktar

Għala ddeċieda jisfrakassa ktieb u kif se tgħin lit-tfal bil-kanċer

Mhix biċċa xogħol faċli. Anzi, trid saħħa fenomenali. Din hi t-tip ta’ saħħa li għandu Tony Farrugia, li qed idawwar dan il-filmat biex juri li qed jipprepara għal nhar il-Ħadd li ġej.

Nhar it-12 ta’ Marzu se ssir attività b’risq it-tfal morda bil-kanċer u Puttinu Cares.  Farrugia se jkun qed jagħti wirja bħala parti mill-“All German Car Show in Aid of Puttinu”, li se ssir fil-pjazza tal-Mellieħa bejn id-09:00 u s-13:00.

Dan huwa eżempju ta’ kif it-talenti li jkollok, f’dak il-każ saħħa kbira, tista’ tintuża għal għan tajjeb…l-intenzjoni kollox!

Aqra aktar

Il-memorja ta’ Mark u l-imħabba lejn it-trakkijiet tfisser ġabra ta’ €3,510 b’risq Puttinu

F’Novembru ħabbarna li f’għeluq it-tielet sena mill-mewt ta Mark Gauci, b’xewqa ta’ ħafna ħbieb li kienu midħla tiegħu fis-sewqan tat-trakkijiet, saret dawra ma’ Malta bit-trakkijiet.

Mark Gauci kien żagħżugħ Mellieħi ta’ 27 sena, li miet fl-2013 wara inċident f’barriera, limiti tal-Imġarr. Konna għedna li d-donazzjonijiet kollha miġbura kienu se jmorru għal Puttinu Cares.

Fi stqarrija, l-organizzatur Dario Vella qal li s-somma li nġabret  tammonta għal €3,510.

“Somma sabiħa ħafna u minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil kumpaniji kollha li kienu nvoluti f din l-attività u li anke offrew it-trakkijiet tagħhom flimkien ma’  donazzjoni. Grazzi lit-taqsima tal-Puluzija tat-traffiku li kkordinaw b’mod professjonali ghall-ahhar din l-attività” qal Dario, filwaqt li rringrazzja numru ta’ nies li għenu biex il-memorja ta’ Mark tibqa’ ħajja u tibqa’ tagħmel ġid.

FILMAT: Tax-Xatt “wieqfa” għal Puttinu

Ħaddiema tax-xatt 25B waqfu għal ftit minuti għall-isfida popolari li tissejjaħ il-manequin challenge. Sfida mhux tas-soltu li waslet biex tinġabar somma ta’ flus għal Puttinu.
Din l-isfida tara lill-parteċipanti jieqfu tal-post u ma jiċċaqalqux fejn b’kanzunetta għaddejja fl-isfond il-kamera tibda ddur madwar kull parteċipant.

Se jduru bit-trakkijiet f’isem Mark Gauci u Puttinu

F’għeluq it-tielet sena mill-mewt ta Mark Gauci, b’xewqa ta’ ħafna ħbieb li kienu midħla tiegħu fis-sewqan tat-trakkijiet, għal sena oħra ser ikunu qed jorganizzaw attività unika għal Malta. Dawn idur dawra ma’ Malta bit-trakkijiet, f’isem Mark.

Id-donazzjonijiet kollha miġbura se jmorru għal Puttinu Cares. Id-dawra tibda f’nofsinhar mill-pjazza tal-parroċċa tal-Mellieħa.

Aqra aktar

Puttinu Cares l-aktar fondazzjoni li tibbenefika mill-programm ta’ ċittadinanza

Puttinu Cares kienet l-aktar fondazzjoni li bbenefikat minn 169-il għotja lill-għaqdiet filantropiċi jew organizazzjonijiet mhux governattivi Maltin li ngħataw minn meta daħal fis-seħħ il-programm ta’ċittadinanza b’investiment. It-total globali ta’ dawn l-għotjiet kien ta’ €1,438,100.

Fost l-organizazzjonijiet li bbenefikaw nsibu wkoll Angela House, Alive, Claris Foundation, Community Chest Fund, Dar tal-Providenza, Din l-art ħelwa u l-creche tal-Ursolini f’Tas-Sliema.
Aqra aktar

Send this to a friend