puttinu – One News

Notifiki

ARA: Ħolma ta’ Puttinu pass eqreb li ssir realtà- proġett ta’ akkomodazzjoni f’Londra b’fondi mill-programm tal-IIP

Tħabbret sejħa għal offerti għall-proġett ta’ akkomodazzjoni fiċ-ċentru ta’ Londra għall-pazjenti u li se jiġi parzjalment finanzjat minn €6 miljun ġenerati mill-IIP.

Il-programm ta’ Investitur Individwali ta’ Malta se jkun katalist biex aktar pazjenti li jitilgħu għall-kura fl-isptar Great Ormond f’Londra jibdew jingħataw akkomodazzjoni b’xejn għalihom u għall- qrabathom. Matul l-aħħar 4 snin minn meta twaqqaf il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, applikanti minn jeddhom għażlu li jgħinu lil Puttinu permezz ta’ donazzjonijiet finanzjarji li jlaħħqu madwar €1 miljun. Flimkien mal-€5 miljun allokati mill-Fond għall-Iżvilupp Soċjali Nazzjonali (NDSF), kif imħabbar mill-Prim Ministru fil-festi tal-Ġimgħa l-Kbira li għaddiet, dawn il-fondi se jservu biex Puttinu Cares jikseb art fiċ-ċentru ta’ Londra bil-għan li joffri aktar spazju ta’ akkomodazzjoni biex il-familjari tal-pazjenti li jmorru għall-kura jkunu eqreb ta’ qrabathom u jagħtu s-sostenn meħtieġ.Aqra aktar

Bil-filmat: Adreana: Iċ-ċkejkna rebbieħa fuq il-kanċer

Kull aħbar ta’ mard hija aħbar ħażina li ħadd ma jkun irid jismà, iżda l-weġgħa tal-omm li tara lil bintha marida u ma tistax ittaffilha mis-sigħat ta’ wġigħ hija kiefra wisq. Dan kien kliem, Claudine Chircop, omm Adreana li meta kellha biss ħames snin it-tobba qalulha li kellha kanċer. Battalja ta’ sentejn li matulha Puttinu kien l-ispalla għal din il-familja, biex tibqà tiġġieled u temmen li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Bnazzi li llum wasal u poġġa tbissima liema bħalha fuq fomm din iċ-ċkejkna.

Aqra aktar

Puttinu b’iżjed pjanijiet f’Londra

Fl-2016, il-vjaġġi ta’ pazjenti Maltin lejn l-Ingilterra għall-kura laħħaq it-823.

Statistiċi tul is-snin jindikaw kif dawn kull ma’ jmur qed jiżdiedu, biex illum il-vjaġġi l-Ingilterra għall-kura jlaħħqu bejn is-60 u d-90 fix-xahar.

Għal dan il-għan, Puttinu Cares, li fl-Ingilterra diġà xtrat dsatax-il appartament f’żewġ blokki, u tikri sitta oħra, għandha l-ħsieb li tkompli ħidmietha biex ittaffi l-problemi għall-familji li jkollhom jitilgħu l-Ingilterra biex uliedhom jingħataw il-kura.

Spjegalna iktar dwar dan, Rennie Zerafa – Fundatur ta’ Puttinu Cares.

Aqra aktar

Ambjent isbaħ għall-fejqan

Tidħol fir-Rainbow ward u fejn mingħalik se ssib ambjent ta’ dwejjaq, issib kuluri, tbissim, logħob u ferħ.

Fir-Rainbow Ward, fl-Isptar tal-Onkoloġija, tirrenja l-mentalita li l-ambjent huwa parti mill-fejqan. U l-istaff flimkien mat-tfal u l-ġenituri, jaħdmu b’hena lejn il-fejqan.

Ftit inqas minn sentejn ilu r-Rainbow Ward iċċaqalqet minn Mater Dei propju għall-isptar tal-Onkoloġija, u minnufih beda x-xogħol minn Puttinu Cares biex din is-sala tkun iktar attrezzata u akkoljenti. Kif spjegatilna Angele Cuschieri, Viċi President ta’ Puttinu Cares, u Nursing Officer f’din is-Sala.

Aqra aktar

Il-ġenerożità bla tmiem tal-Maltin; aktar minn miljun għal Puttinu

Il-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna nistgħu ngħidu sar assoċjat mas-solidarjetà li l-Maltin juru lejn dawk li għaddejjin minn żminijiet kemxejn diffiċli minħabba mard.

Ilbieraħ il-poplu għal darb’oħra ma naqasx milli juri solidarjetà ma’ Puttinu Cares u kull min jinsab bżonn l-għajnuna li toffri din l-għaqda, tant li ta aktar minn miljun u tliet mitt elf ewro għall-persuni morda bil-kanċer.

Il-ġabra rekord ser isservi biex Puttinu Cares tkompli toffri akkomodazzjoni fl-Ingilterra għall-pazjenti u l-familjari tagħhom.

F’dan il-filmat hawn ir-reazzjoni tal-viċi chairperson ta’ Puttinu Cares, Angele Cuschieri, u ritratti ta’ mumenti mill-maratona.

Aqra aktar

Wara battalja missielta ta’ ħames snin…

Kull persuna għandha storja, passat, kapitlu mimli mewġ li ħafna drabi, dak li jkun iħallih jaħkmu u jbidlu f’persuna negattiva li ma għadiex kapaċi tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva.

Martina Fenech mhix waħda minn dawn il-persuni. Tfajla ta’ tmintax-il sena, li propju sena ilu tkellmet ma’ One News dwar il-vjaġġ li għamlet fi ġlieda kontra l-marda tal-kanċer, vjaġġ li kien għadu ma ntemmx.

Sena wara, Martina reġgħet iltaqgħet magħna, din id-darba b’ton kemm xejn differenti. Il-kanċer li heddidha għal ħames snin sħaħ, tilef il-battalja kontriha.

Aqra aktar

FILMAT: ELUF jimxu mill-Mellieħa sal-Isla b’risq Puttinu

Fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, eluf ingħaqdu għall-mixja b’risq Puttinu. F’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna n-nies jinġabru għal xi pageant, jitilgħu s-salib tal-għolja u jduru l-knejjes biex jagħmlu l-visti iżda kien hemm dawk li għażlu li mis-2.00 ta’ filgħodu jibdew il-mixja li ta’ kull sena tiġbor ammont sabiħ ta’ flus għal Puttinu.

Aqra aktar

Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b’risq Puttinu

Minn ġranet impenjativi fl-uffiċċini tal-Awtorità tal-Ipjannar għal ġurnata ta’ ħasil ta’ karozzi għal għan nobbli.

L-Erbgħa filgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, flimkien mat-tmien Diretturi u assistenti Diretturi ħaslu l-karozzi tal-impjegati tal-istess awtorità.

B’kollox inħaslu aktar minn ħamsa u tlettin karozza.

Aqra aktar

Send this to a friend