pulzija – One News

Notifiki

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Pulizija dabbar daqqa ta’ tazza

Membru tal-Korp tal-Pulizija qala’ daqqa ta’ tazza waqt logħba futbol fil-Victor Tedesco l-Ħamrun. B’rabta ma’ dan il-każ hemm raġel arrestat, li mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

BIL-FILMAT: Il-mument li jisirqula l-basket f’San Ġiljan

Tfajla poġġiet filmat fuq is-sit soċjali Facebook bl-għan li jiġu identifikati tliet irġiel li serqulha l-basket minn bar f’San Ġiljan. Fil-filmat jidher li waqt li din it-tfajla kienet qed tieħu gost ma’ sħabha, irġiel li kienu fuq il-post kienu qed jikkomunikaw bejniethom biex jisirqulha l-basket.
Aqra aktar

Send this to a friend