pulizija | One News - Part 7

Notifiki

FILMAT: Il-Pulizija ssalva kangaroo minn għarqa fl-Awstralja

Żewġ pulizija salvaw kangaroo minn għarqa f’bajja f’Melbourne, l-Awstralja.

Jidher li l-kangaroo ttella’ l-art minn residenti li rawh f’diffikultà qalb il-mewġ, u dawn ċemplu mal-ewwel għall-għajnuna. Fi stat ta’ paniku, il-kangaroo reġa’ niżel il-baħar u nħakem mill-mewġ.

Il-Pulizija tellawh mitluf minn sensih, u għamlulu CPR. Kważi mal-ewwel, il-kangaroo reġa’ beda jieħu n-nifs.Aqra aktar

Ammont ta’ tajr protett jinstab mejjet ġo freezer

Speċi differenti ta’ tajr protett instabu fi freezer ta’ dar privata wara tfittxija mill-Pulizija.

Fi stqarrija mill-Pulizija kien spjegat kif kmieni l-Ħamis, l-Iskwadra tal-Infurzar tal-Liġi għamlu spezzjoni f’għalqa fil-limiti ta’ Il-Ballut f’Marsaxlokk, b’rabta ma’ rapporti ta’ kaċċa illegali. Dan fil-preżenza ta’ żewġt irġiel, li għandhom 31 u 65 sena rispettivament.Aqra aktar

Send this to a friend