pulizija | One News - Part 48

Notifiki

“Nies jibku, nies jisfidaw, imma dan aktar għaqqadna”

Brady Sammut, li rebaħ l-unur ta’ l-aqwa rekluta fi ħdan il-korp tal-Pulizija, stqarr li anke fit-taħriġ, ir-rekluti ltaqgħu ma’ kull xorta ta’ siwtazzjoni, fosthom nies emozzjonati, nies li aktar sfidaw ill-Pulizija. Madanakollu sotsna li dawn is-sitwazzjonijiet aktar saħħu r-rabta ta’ bejn ir-rekluti.

120 rekluta bdew il-karriera tagħhom mal-korp tal-Pulizija llum, u fost dawn hemm 28 li huma nisa.

Stqarr li laqtuh ħafna l-attivitajiet fiżiċi, li kienu sfida kbira, iżda li ingħelbu wkoll. “Nidħlu b’qalb kbira għal sfidi ġodda” sostna Brady, f’intervista li tista’ tara hawn.

Aqra aktar

120 uffiċjal ġdid fi ħdan il-korp tal-Pulizija – 28 huma nisa

120 rekluta bdew il-karriera tagħhom mal-korp tal-Pulizija.Fost dawn hemm 28 li huma nisa.

Sabiex issieħbu fil-korp tal-pulizija, l-uffiċjali l-ġodda segwew taħriġ ta’ 14-il gimgħa. Dan kien taħriġ ta’ prattika u anke taħriġ akkademiku. Dawn issa se jservu bħala kuntistabli f’għasses distrettwali.

Jisirquh u jaggreduh f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Imġarr, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ aggredit f’dik li allegatament kienet serqa. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu waqt li l-vittma kien fi triqtu lejn l-għalqa tiegħu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Aqra aktar

IT-TIENI MEWT FL-APPARTAMENT TAL-MARA ARRESTATA

 Mara mis-Serbja qed tinżamm arrestata wara li s-sieħeb Ingliż li kienet qed tgħix miegħu f’appartament f’San Pawl il-Baħar miet fgat.

Jirriżulta li fi Frar li għadda, fl-istess appartament miet fgat raġel ieħor li wkoll kien qed jgħix ma’ din il-mara. Tant li l-mara kienet fil-preżenza tiegħu meta dakinhar kienu ssejħu l-forzi tal-ordni fuq il-post.

F’din it-tieni mewt kien għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-bieraħ filgħaxija, li l-Pulizija kien infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq il-Merluzz, f’San Pawl Il-Baħar.

Malli waslu fuq il-post il-pulizija, sabu katavru f’waħda mill-kmamar.

Mill-investigazzjonijiet kien stabbilit li r-raġel huwa ta’ nazzjonalita` Ingliża u għandu sebgħa u sebgħin sena.

Wara awtopsja li saret fuq il-katavru aktar kmieni matul il-jum, il-Pulizija qed titratta din l-investigazzjoni bħala waħda ta’ mewt suspettuża. Dan fid-dawl tal-mewt li diġa’ kien hem fi Frar li għadda.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Investigazzjoni ta’ mewt suspettuża

 

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq il-Merluzz, San Pawl Il-Baħar.

Hemm sabu raġel bla ħajja f’waħda mill-kmamar. Minn aktar investigazzjonijiet ġie stabilit li r-raġel huwa ta’ nazzjonalità Ingliża u għandu 77 sena.

Aqra aktar

Fi tliet snin jagħlqu l-25 sena ta’ servizz 168 membru tal-Korp tal-Pulizija

Bejn din is-sena, is-sena d-dieħla, u l-2018 mistenni jagħlqu l-25 sena ta’ servizz total ta’ 168 membru tal-Korp tal-Pulizija. Dan ħareġ minn tagħrif provdut fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela.

Matul is-sena li għaddiet, telqu 66 membru wara li għalqu ż-żmien tas-servizz, filwaqt li matul din is-sena temmew is-servizz tagħhom 91 membru.

Aqra aktar

Għenuhom meta weħlu fit-traffiku u riedu jilħqu l-aħħar mumenti ta’ ħajjet omm

It-traffiku jdejjaq lil kulħadd. Aħseb u ara min ikollu xi ħadd għażiż għalih li wasal lejn l-aħħar ta’ ħajtu. Hekk ġara f’każ li spiċċa rrakkontat fuq Facebook mill-Pulizija.

Il-Pulizija għenu lil missier u bint li riedu jkunu ħdejn l-omm fl-aħħar mumenti tagħha. Il-bint esprimiet l-apprezzament tagħha, kif tista’ taqra hawn. Aqra aktar

Send this to a friend