pulizija | One News - Part 3

Notifiki

Kuntistabbli jinqabad fil-pussess tad-droga kokaina

Kuntistabbli tal-Pulizija Għawdxi mistenni jitressaq il-Qorti wara li l-Ħadd li għadda huwa nstab fil-pussess ta’ sitt qratas kokaina. Il-kuntistabbli ta’ 21 sena inqabad fil-pussess tas-sustanza illeċita waqt li kien fost il-partitarji fl-istadium tal-futbol f’Għawdex waqt il-logħba Xewkija Tigers kontra Nadur Youngsters.

Aqra aktar

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

Il-Pulizija bi tfittxija għal raġel li jkun ta’ spiss Birkirkara

Il-Pulizija qiegħda tfittex lil David Liniker Micallef li għandu 31 sena. L-imemmija persuna tifrekwenta l-akwati ta’ Birkirkara.

Kull min għandu kwalunkwe tip t’informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21 224001 jew 119.

Diskussjoni għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija

Laqgħa li kellu l-Ministru Michael Farrugia mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kevin Mahoney, il-Kap Eżekuttiv tal-Korp Angelo Gafa, il-Malta Police Association (MPA) u l-Police Officers Union (POU), ġew konklużi tliet kwistjonijiet li tqajjmu mir-rappreżentati tal-ħaddiema.

Aqra aktar

Send this to a friend