pulizija | One News - Part 2

Notifiki

BIL-FILMAT: Investigazzjoni tikkonkludi li ma nkisru ebda drittijiet ta’ Mario Portelli

Bord ta’ investigazzjoni li nħatar mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali kkonkluda li ma nkisru l-ebda drittijiet ta’ Mario Portelli u li l-Pulizija aġixxew skont il-liġi tas-Saħħa Mentali.

Dan joħorġ minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-whip tal-Gvern Byron Camilleri li staqsa lid-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar l-investigazzjonijiet li saru fuq il-każ ta’ Portelli.

Aqra aktar

Pulizija jintervjenu fil-waqt biex isalvaw tarbija wara li ommu nqabdet fil-gallarija

Il-Pulizija ntervjeniet f’waqtu kmieni t-Tnejn filgħodu biex isalvaw tarbija mid-dar wara li l-omm issakkret fil-gallarija.

Hu mifhum li t-tarbija bdiet tibki wara xi ftit tal-ħin, iżda l-omm ma setgħetx tidħol ġewwa. Il-Pulizija ssejħu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-omm u jsalvaw lit-tarbija.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wkoll issejħu biex jagħtu sehemhom f’din l-operazzjoni

BIL-FILMAT: Il-Pulizija b’rejd kbir għad-droga f’Tal-Pietá

Numru ta’ persuni ġew arrestati waqt rejd knir għd-droga li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Tal-Pietá. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li f’dan ir-rejd kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tal-Special Intervention Unit li għamlu l-assalt inizjali fuq l-appartament li jinsab fl-ewwel sular.

Filmati miġbuda mill-ġurnalist ta’ ONE juru lill-Pulzija jużaw xi għodda sabiex setgħu fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalulna li fis-siegħa u l-ħin semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass. Filfatt ftit tal-ħin wara waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi tagħna qalulna wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.

Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament. Filmati miġbuda minnha juru wkoll il-Pulizija ħerġin b’żewġ irġiel u mara immanetjati li ttieħdu id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Filmati: Stefan Bajada

 

Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar Sqalli li allegatament iffroda eluf ta’ ewro

Il-Pulizija qed tinvestiga rapporti ta’ frodi fil-konfront ta’ Fabrizio Scire’, n-negozjant Sqalli li qed jallega li s-Sibt li għadda ġie aggredit flimkien ma’ ibnu minn sitt pulizija f’Ħaż-Żebbuġ.

Sorsi qrib ONE News qalu li l-Isqalli allegatament iffroda eluf ta’ ewro wara li pprova jħallas b’ċekkijiet li ma jissarrfux. Aqra aktar

Ħati li għamel rapport falz kontra tliet Pulizija

Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Għaxaq ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li l-Qorti sabitu ħati li għamel rapport falz kontra tliet Uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ imur lura għas-6 ta’ Settembru 2016, meta r-raġel allega li ssawwat minn tliet Pulizija waqt li kien fil-lokalità fejn jgħix. Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li dan ma kienx minnu, u r-raġel tressaq il-Qorti mixli li akkuża lill-Pulizija bil-ħsieb li jagħmlilhom il-ħsara, akkużahom quddiem awtorità kompetenti b’reat meta kien jaf li huma innoċenti, fost akkużi oħra.

Il-Ħamis, il-Qorti sabet lir-raġel ħati ta’ dawn l-akkużi u ordnat li jingħata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Justin Camilleri.

Ma nstabu l-ebda marki ta’ vjolenza fuq il-mara – Kollox jindika li mietet mewta naturali

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija ssoktat bl-investigazzjonijiet biex tistabbilixxi d-dinamika tal-każ tal-mara Ingliża ta’ disgħa u sittin sena li tard it-Tnejn filgħaxija nstabet mejta f’dar fi Triq San Luqa San Pawl il-Baħar wara li kienet ilha mejta mill-erbatax ta’ Novembru li għadda. Hija nstabet fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend