providenza – One News

Jinġabru €658,039 b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza irnexxiela tiġbor is-somma ta’ €658,039. Din il-maratona saret fuq 53 siegħa bla waqfien bil-messaġġ ewlieni jkun “Sabiħ li tagħti.”
Maratona li pparteċipaw fiha mal-300 volontier li rat 40 plejer jilagħbu bla waqfien biex jinġabru kemm jista’ jkun fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.

Aqra aktar

Turija ta’ mħabba qabel San Valentinu fid-Dar Tal-Providenza

Fid-Dar tal-Providenza llum hemm atmosfera differenti minn ta’ Sibtijiet oħra, hekk kif qed tiddomina l-għaqda ta’ numru ta’ studenti u għalliema li b’mod volontarju, qed iqattgħu l-jum jgħinu f’dak kollu li hemm bżonn fid-Dar.

Inqasmu fi tliet timijiet: min qed jiknes u jaħsel il-ġonna u btieħi, min qed jgħin f’xogħol t’uffiċċju u min qed jaħsel il-vannijiet tal-istess Dar. Dan f’attività organizzata mill-Kumitat t’Attivitajiet Soċjali Korporattiv fi ħdan l-ITS.

Aqra aktar

“Għedtlu ‘qed niskanta’ u qalli ‘anke jien’!” – Monsinjur Lawrence Gatt

Monsinjur Lawrence Gatt għadu kemm għalaq tmenin sena. Minnhom għamel żmien twil jieħu ħsieb id-Dar tal-Providenza. Waqt  il-programm pjazza rrakkonta, b’mod li verament iġiegħel lil dak li jkun jimmaġina, il-mod li bih l-Arċiqsof qallu li jrid ikellmu.

Jiftakar ċar li kien jum l-omm, u għal bidu l-Monsinjur ħaseb li kien għamel xi waħda minn tiegħu xi seminarista.

Imma mhux hekk kellu jkun!

Aqra aktar

FESTA ĠENEROŻITÀ F’JUM L-EWWEL TAS-SENA

Festa Ġenerożità – avveniment ta’ kull l-Ewwel Jum tas-Sena biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza li trid mal-€4 MILJUN fis-sena sabiex topera. Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Patri Martin Micallef kellimna dwar il-bżonnijiet ta’ din id-Dar li tipprovdi għajnuna għal Persuni b’ Diżabilità.

Aqra aktar

Jekk trid tara membri parlamentari jiġġieldu, għada mur il-grawnd, mhux il-Parlament

Għada l-Ħamis, 29 ta’ Diċembru fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara se jsir it-TACKLE 4 DTP – turnew tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.

Fih se jieħdu sehem tmien timijiet magħmula minn Saċerdoti, Politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK, ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association, tal-Union Ħaddiema Magħqudin, tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Aqra aktar

Irritornajt id-direttorju l-antik? Għent lid-Dar tal-Providenza b’€5,501!

Yellow qed iżżomm il-wegħda li tikkontribwixxi għal għan soċjali nobbli. Il-kumpanija ikkommettiet ruħha illi tigbor l-edizzjonijiet il-qodma tad-direttorji mill-1999. Din is-sena, matul il-kampanja tal-ġbir u r-riċeklaġġ, grazzi tal-partiċipazzjoni assoluta tal-pubbliku generali, il-kumpanija rnexxielha tigbor total ta’ 45,010 direttorji użati. Dawn huma eżaminati u vverifikati mill-KPMG, u ser jigu rriċiklati sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent.

Il-kumpanija għamlet wegħda li se tagħti donazzjoni ta’ €0.10 għal kull kopja qadima tad-direttorju illi jingabar, b’risq id-Dar tal-Providenza. B’hekk id-Dar, ser tkun qed tirċieivi s-somma totali ta’ €5501.

Aqra aktar

Send this to a friend