protesti – One News

Notifiki

Macron b’wegħdiet ġodda biex jagħti risposta lil min kien qed jipprotesta

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ta risposta lill-moviment tas-sdiri soforb’wegħdiet ta’ tnaqqis fit-taxxa, pensjonijiet ogħla u riforma fis-servizz ċivil. Minkejja li insista li jrid jerġa jkun hemm l-ordni, huwa rrikonoxxa n-nuqqas ta’ fiduċja fl-establishment.

Il-protesti, li kemm-il darba kienu vjolenti, bdew f’Novembru dwar żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil, iżda twessgħu għal diversi ilmenti fuq l-inugwaljanza ekonomika. Macron sostna li kien se jżomm mar-riformi tiegħu. Id-diskors kien skedat għal ħmistax t’ April, iżda kien pospost wara li l-Katedral Notre-Dame inħakem min-nirien.

Il-President Franċiż irrikonoxxa li fil-qalb tal-moviment kien hemm talbiet ġusti.

Il-PM ta’ Franza bi ħsieb li jikkastiga lil min organizza l-protesti madwar il-pajjiż

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar pjanijiet biex jikkastiga nies li jorganizzaw protesti, wara seba’ gimgħat ta’ inkwiet fil-konfront tal-gvern.

Il-gvern ta’ Philippe jrid jabbozza leġislazzjoni ġdida li tipprojbixxi lil dawk li jfasslu l-problemi minn protesti u jrażżan l-ilbies tal-maskri waqt id-dimostrazzjonijiet.

Huwa qal li tmenin elf membru tal-forzi tas-sigurtà se jkunu fuq xogħolhom, lesti għall-mewġa ta’ protesti li hemm mistennija għall-jiem li ġejjin.

974 arrestati u 118 midruba fi Franza- il-PM Franċiż jappella għall-għaqda u d-djalogu

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe wiegħed li jġib lura għaqda nazzjonali. Dan wara li għar-raba’ tmiem il-ġimgħa konsekuttiv, il-protesti fi Franza, partikolarment fil-kapitali Pariġi, kienu vjolenti.

Tul il-jum tas-Sibt il-Pulizija Franċiża użat il-gass tad-dmugħ u balal tal-lasktu fil-konfront tad-dimostranti fil-protesti.Aqra aktar

Send this to a friend