programm | One News

Notifiki

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar

Iparlaw bla ma jistaqsu

Ir-regolatur tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment kellu kliem iebes għal dawk li jattakkaw il-programm mingħajr ma jafu x’fih.

F’kummenti li ta lill-gazzetta Kullħadd, ir-regolatur Carmel De Gabriele, li fil-passat kien fdat minn amministrazzjonijiet differenti, qal li huwa diżappuntat li ħadd mill-fact finding missions li ġew Malta ma indenja ruħu li jitlob laqgħa miegħu.Aqra aktar

Aktar minn €432,000,000 mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment

Id-dħul fil-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda kien ilaħħaq għal aktar minn 432 miljun ewro.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ dan il-fond. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern u twaqqaf biex jamministra 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet li tirċievi mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Il-Bord tal-Gvernaturi qal li matul l-istess perjodu, il-Fond investa aktar minn 130 miljun ewro f’investimenti lokali rreġistrati fuq il-Borża ta’ Malta flimkien ma’ Stocks tal-Gvern.Aqra aktar

Filmat: Il-Programm ta’ residenza b’investiment ta’ Malta fost l-aqwa fid-dinja

Il-Programm tar-Residenza b’investiment ġie kklassifikat mal-aħjar tlettax-il programm minn madwar id-dinja mis-sit awtorevoli ‘Investment Migration Insider’.

Imniedi fl-2016, pajjiżna irċieva madwar elf applikazzjoni, b’ħames mija u sittin minnhom jaslu fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.  Dan b’total ta’ seba’ mitt visa approvati fit-tnax-il xahar qabel Lulju li għadda.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Maltija għar-residenza u l-visa li Rodrick Cutajar spjega li l-programm jagħti d-dritt ta’ residenza f’Malta lill-applikanti approvati li jkunu ġejjin minn pajjiżi mhux ewropej.  Qal li b’hekk jagħti opportunitá lil investituri minn madwar id-dinja li jinvestu f’Malta.

“L-applikazzjoni tagħna hija differenti minn ta’ pajjiżi oħra.  Aħna biex applikant jiġi aċċettat jirrikjedi ċertu affarijiet, fosthom li jkollu dħul ta’ mill-inqas €100,000 fis-sena jew investiment ta’ iktar minn €500,000 barra mill-pajjiż u affarijiet oħra. Il-programm tagħna mhux l-irħas fl-Ewropa, imma huwa programm li iktar milli qed nippruvaw niġbdu kwantitajiet kbar, qiegħdin dejjem nippruvaw niffukaw li nġibu lejn Malta nies ta’ talent u nies ta’ kwalitá għolja.”

Is-Sur Cutajar spjega li dal-programm huwa differenti mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment għax ma joffrix iċ-ċittadinanza Maltija iżda residenza. Spjega wkoll li kull applikazzjoni tgħaddi minn proċess ta’ skrutinju rigoruż.   “Niċċekjaw il-background tal-persuna, niċċekjaw ‘source of wealth’, niċċekjaw bilanċi fil-banek, niċċekjaw ħafna u ħafna affarijiet oħra.  Niċċekjaw kienx blacklisted, niċċekjaw kienx hemm money laundering.  Jiġifieri hemm ħafna proċessi twal. Dan il-proċess jieħu ż-żmien, programmi oħra fl-Ewropa ma jidħlux f’daqsekk dettal.”

Spjega kif filwaqt li programm tajjeb jiġbed iktar applikazzjonijiet, il-qagħda tajba ta’ pajjiżna u l-ekonomija li dejjem qed tikber għandha sehem importanti fis-suċċess ta’ dan il-proġett. Qal li “meta inti tmur barra minn Malta, meta jiena immur iċ-Ċina, l-Indja, l-Vietnam, l-irwol tiegħi huwa li nurihom, ngħidilhom min aħna bħala pajjiż. X’tip ta’ pajjiż għandna, pajjiż li l-ekonomija dejjem qed tikber.  Allura dak li jkun meta int għandek l-investitur quddiemek, hemmhekk inti l-għajta nofs il-bejgħ. Inti hemmhekk turih li meta qed jinvesti għax l-investiment huwa investiment serju, qiegħed jinvesti f’pajjiż li se jagħtih lura, lilu u l-familja tiegħu.”

Informazzjoni għall-istudenti li jixtiequ jsegwu kors tal-ITS

L-istudenti li jixtiequ jsegwu l-istudji tagħhom fl-Istitut għat-Turiżmu bejn is-sena 2017-2018 jistgħu japplikaw bejn it-Tnejn 24 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu.

L-istudenti li diġà kienu jistudjaw f’din l-istituzzjoni jistgħu japplikaw biex ikomplu l-istudji tagħhom bejn it-Tnejn 7 ta’ Awwissu u l-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu. Dawk l-istudenti li bħalissa qed isegwu kors l-ITS u jridu jagħżlu kors mill-programm il-ġdid tal-Istitut jistgħu jagħmlu dan sat-30 ta’ Ġunju.

Aqra aktar

Studenti mirbuħa minflok mitlufa

L-idea ta’ tagħlim aktar mifrux li ma jikkonċernax biss dak akkademiku dejjem qed tissaħħaħ. Dan fid-dawl li ħafna studenti qed isibu post tax-xogħol garantit wara li jkunu lestew l-istudji tagħhom.

Propju din hija l-missjoni tac-ċentru tal-programm ta’ tagħlim alternattiv f’Raħal Ġdid, li għal dan l-aħħar tliet snin irnexxielu jsaħħaħ il-livell ta’ dawn l-istudenti li qed jistudjaw varjetà ta’ suġġetti vokazzjonali bħall-inġinerija, il-mekkanika, il-kura tas-sbuħija u tax-xahar.

Aqra aktar

Send this to a friend