Proġett – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Gvern se jirdoppja l-ispazju miftuħ f’Ta’ Qali biex isir Il-Park Nazzjonali ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jirdopppja l-park ta’ Ta’ Qali biex fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru ta’ art jkollna l-ewwel Park Nazzjonali ta’ Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru qal li l-park se jinkludi tnejn u ħamsin tomna ta’ art li kienet okkupata minn fabbrika tal-konkrit. Qal li din l-art setgħet ingħatat għall-iżvilupp kummerċjali, iżda l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf l-akbar proġett kapitali mħaddar li qatt sar f’minn tal-anqas ġenerazzjoni.

Il-proġett b’investiemnt ta’ 20 miljun ewro jinkludi t-tħawwil ta’ 80,000 siġra u xitla ġdida.

Dr Muscat qal li l-Gvern se jagħmel riġenerazzjoni sħiħa ta’ Ta’ Qali biex jrodd lill-familji medda ta’ art kbira daqs terz tal-kobor ta’ Hyde Park f’Londra.

Dr Muscat qal li dan il-proġett mhux fula f’qargħa. Qal li dan il-proġett jingħaqad ma’ dak imħabbar f’Bengħajsa fuq medda ta’ 80 elf metru kwadru ta’ art fin-Nofsinhar ta’ Malta u l-proġett innovattiv li se joħloq 13-elf metru kwadru oħra bit-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera.

Il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan il-park se jservi ta’ pulmun u sors ta’ enerġija nadifa għall-familji Maltin u Għawdxin.

Niżguraw li Ta’ Qali kollu jkun wieħed sħiħ għaliex għandek ħafna pockets li mhux utilizzati. Daqs 63 grawnd tal-futbol se jingħataw lura lill-familji. L-ekonomija sejra tajjeb u l-Maltin għandhom bżonn aktar ħin biex iqattgħu mal-familja, u rridu niżguraw li nagħtu l-proġett malajr kemm jista’ jkun lilhom ukoll.

Il-Park Nazzjonali ta’ Malta se jinkludi wkoll żoni ta’ kampeġġ, twessigħ tad-dog park, trakkek għall-ġiri, u se jagħti għall-proġett ta’ Chadwick Lakes u tal-Villaġġi tas-Snajja. Il-Gvern iddeċieda li l-Arkivji Nazzjonali l-ġodda se jingħaqdu mal-Park.

Qed inħarsu lejn investiment ta’ €20 miljun biex niżguraw li jkollna infrastruttura ħadra kif suppost li tħabbatha ma’ parks internazzjonali li aħna nesperjenzaw barra mill-pajjiż.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li l-Gvern qed juri prijorita fil-qasam ambjentali billi jagħti lura dawn iż-żoni lill-familji Maltin li se jkollu kemm aspetti naturali u aspetti sportivi.

 

Beda x-xogħol fuq il-proġett tal-Paola Hub

Fuq medda ta’ 40 tomna ta’ art, beda x-xogħol ta’ tħamml fuq is-sit tal-proġett tal-Paola Hub f’Raħal Ġdid. Il-proġett għandu jkun lest fi żmien tliet snin u nofs, u huwa ħolqa oħra mill-ħidma tal-Gvern bil-għan li s-servizzi tas-saħħa jkomplu jinfirxu fil-komunità.Aqra aktar

ARA: Jittellgħu l-ewwel kolonni li se jżommu l-ewwel flyover tal-Junction tal-Marsa

Bdew jittellgħu l-ewwel żewġ kolonni tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, li mistenni jħalli mal-€1,200 fil-bwiet tas-sewwieqa. B’kollox 14-il kolonna li se jżommu l-ewwel flyover tal-proġett tal-Junction, bejn Triq Garibaldi u Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ix-xogħol tal-pjattaformi kbar taħt l-art li fuqhom se jserrħu l-kolonni l-oħra jinsab fi stadju avvanzat. Ħafna minnhom jinsabu kważi lesti biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbnew il-kolonni fuqhom ukoll.

F’din il-fażi ta’ dan l-ikbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna qegħdin jitpoġġew fil-pedamenti tal-pjattaformi mijiet ta’ tunnellati ta’ ħadid li se sservi ta’ ġenb biex fuqha tistrieħ l-ewwel parti tal-flyover hekk kif tinqata’ mill-art. Il-ħadid se jinkesa bil-konkos sabiex fuqu jkunu jistgħu jitqiegħdu l-kolonni li se jerfgħu il-flyover.Aqra aktar

ARA: Tibda t-tieni fażi tal-proġett tat-triq Taċ-Ċawsli

Tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett tat-Triq taċ-Ċawsli bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun u bdiet it-tieni fażi li tinkludi l-bini ta’ korsija ġdida għar-roti u passaġġ għall-mixi maġenb il-karreġġjata ġdida għall-karozzi li tlestiet ix-xahar li għadda.

Infrastruttura Malta qalet li fl-aħħar xhur il-karreġġjata li kienet twassal lejn iż-Żejtun ingħalqet u reġgħet inbniet fuq pedamenti ġodda. Ix-xogħol kien jinkludi t-tneħħija ta’ radam u floku saret struttura b’saħħitha magħmulha minn kważi 1,800 blokka tal-franka u 3,000 tunnellata konkos. Spegjat li f’Diċembru li għadda, il-karreġġjata ġdida ta’ żewġ korsiji ngħatat l-ewwel kisjiet ta’ asfalt.

Din il-karreġġjata nfetħet fid-direzzjoni miż-Żejtun lejn Ħaż-Żabbar, waqt li n-naħa l-oħra tat-triq ingħalqet biex tinbidel f’korsija għar-roti fiż-żewġ direzzjonijiet u passaġġ pavimentat għall-mixi. It-triq kollha se tinfetaħ fiż-żewġ direzzjonijiet qabel is-sajf, malli titlesta  din il-fażi tal-proġett li qed issir b’investiment totali ta’ aktar minn €4 miljun. Fl-istess waqt se tiġi installata wkoll sistema ġdida ta’ dwal.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Fredrick Azzopardi spjega li biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar, saret sistema ġdida ta’ żewġ kilometri u nofs għall-ġbir tal-ilma tax-xita li tqabbdet ma’ ġibjun fil-post. Fil-ġenb inbena wkoll ħajt tas-sejjieħ biex jifred it-triq mill-għelieqi li hemm biswitha. Biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tas-servizzi, tpoġġew aktar minn tliet kilometri ta’ pajpijiet ġodda għas-servizzi tal-ilma, dawl u telekomunikazzjoni, kif ukoll katusi ġodda għad-drenaġġ.

Intant, il-pajsaġġ fejn issa hemm is-siġar taċ-ċawsli se jibqa’ hemm biex jifred il-karreġġjata tal-karozzi mill-parti tat-triq li se tkun apposta għar-roti u l-mixi. Dan filwaqt li se jitħawlu 21 siġra oħra taċ-ċawsli.

Triq Aldo Moro fil-Marsa se tingħalaq għat-traffiku llejla

Triq Aldo Moro fil-Marsa se tingħalaq għat-traffiku llejla biex tingħata l-aħħar kisja ta’ asfalt lill-wiċċ tal-karreġġjata tat-tramuntanta ġdida, li fiha sitt korsiji.

Dawn se jingħalqu llejla bejn is-19:00 u s-06:00 ta’ għada filgħodu. Sewwieqa li jkunu qed jivvjaġġaw min-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta minn Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Santa Luċija u Triq Giuseppe Garibaldi, lejn Triq Aldo Moro fid-direzzjoni tal-Marsa, Ħal Qormi u l-Belt Valletta, se jiġu ggwidati biex jgħaddu mir-rotta ta’ Ħal Luqa.Aqra aktar

Jitlesta l-proġett ta’ €500,000 ta’ Vjal l-Avjazzjoni

Tlesta l-proġett ta’ Vjal l-Avjazzjoni, li permezz tiegħu din it-triq ewlenija bejn il-Gudja u Ħal Luqa issa għandha t-tielet korsija tal-karozzi u korsija ġdida għar-roti fid-direzzjoni tat-tramuntana. Dan il-proġett ta’ €500,000 beda fis-sajf u l-korsija ġdida nfetħet għall-pubbliku x-xahar li għadda. Aqra aktar

Send this to a friend