produzzjoni – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Impressjonati b’pajjiżna tant li ttripplikaw il-jiem ta’ filming f’Malta

Oriġinarjament is-serje televiżiva Ġermaniża-Belġjana, The Window, kellha tinġibed f’ħamest ijiem, iżda t-tim tal-produzzjoni ddeċieda li jespandi dan il-perjodu għal ħmistax.

Dan wara li skoprew għadd ta’ postijiet madwar Malta li huma tajbin biex jintużaw għas-serje televiżica tagħhom.

“When we were preparing The Window we were looking for a location within Europe that had an exotic flair and we came to Malta and yes Malta just made it to the top of the list. We have been given great support from the Malta Film Commission, we have found great locations and we have very great dedicated crew so I thin we definitely made the right choice to shoot part of The Window in Malta.”

Aqra aktar

Malti bi produzzjoni filantropika

Developing Destinations.

Dan l-isem ta’ show televiziv b’għan filantropiku li l-Malti Sean Cassar  qiegħed jipproduċi.

Show li fih iżur pajjiżi li jkunu għadhom kemm għaddew minn xi diżastru naturali. Hemmhekk iħares lejn il-ħajja u t-tbatija tar-residenti, imma jħares ukoll lejn aspetti pożittivi fl-istess pajjiżi.

F’kummenti ma’ ONE News, Sean – li għalkemm twieled Malta, ta’ età żgħira mar jgħix l-Awstralja – spjegalna l-għan ta’ dan ix-xogħol.

Aqra aktar

€10,000 għal produzzjoni fil-festival internazzjonali tal-arti

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 b’kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali Malti għall-Arti ħabbru sejħa pubblika għal produzzjoni b’numru ta’ dixxiplini (teatru, żfin, mużika, new media) li tiġbor fiha waħda jew tgħaqqad uħud mit-temi tal-Presidenza: il-Migrazzjoni, is-Settur Marittimu, is-Sigurtà, is-Suq Uniku, il -Viċinat tal-Ewropa u l-Inklużjoni Soċjali.

Aqra aktar

FILMAT: Sena iebsa għall-produzzjoni tal-għasel

Nuqqas ta’ xita fix-xitwa u mbad xita fis-sajf. Din ir-realtà li ffaċċjaw il-gżejjer Maltin is-sena li għaddiet. Sena li ħarbtet mhux ftit ix-xogħol kemm tal-bidwi Malti, kif ukoll ta’ oħrajn, bħan-naħħala, kif naraw f’dan il-filmat.

Aqra aktar

16-il produzzjoni fl-2016

Filming in Malta ħabbru li l-iffilmjar b’verżjoni moderna ta’ film klassiku tal-1973, “Papillon”, intemm il-ġimgħa l-oħra.

L-iffilmjar sar fit-tankijiet tal-ilma li jinsabu l-Kalkara u r-Rabat. Il-produtturi rringrazzjaw lil Kummissjoni tal-Films ta’ Malta tal-appoġġ  estensiv li offrew waqt il-produzzjoni u tal-assistenza tagħhom bil-faċilitajiet speċjalizzati offruti. Huma rringrazzjaw ukoll l-ekwipaġġ Malti li ħadem waqt l-iffilmjar.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qal li l-industrija tal-films tinsab fl-aqwa tagħha u li total ta’ 16-il produzzjoni internazzjoni inħadmu Malta fl-2016. F’Novembru biss kellna ħames produzzjonijiet għaddejjin. Dawn ħolqu bosta impjiegi u daħħlu miljuni fl-ekonomija ta’ Malta.Aqra aktar

Send this to a friend