prodotti | One News

Notifiki

Għaliex qed jaqagħli xagħri?

Huwa minnu li l-irġiel għandhom ċans jitilfu xagħarhom iżjed min-nisa iżda li x-xagħar jeħfief u jista’ jkun ukoll li jaqa’ hija komuni wkoll fin-nisa.

Pero’ dejjem tista’tieħu ħsieb xagħarek minn meta tkun għadek żgħir.

Aqra aktar

Iwissu dwar ftehim fuq il-prezz tal-pastizzi

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħarġu twissija dwar ftehim fuq il-prezz tal-pastizzi fejn qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Dan hekk kif ftehim dwar prezzijiet hu pprojbit skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni u azzjonijiet bħal dawn jirriżultaw fi ksur ta’ dan l-att. Aqra aktar

Studenti b’opportunità li jesibixxu u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom

Studenti Maltin illum kellhom l-opportunità li juru u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom, li bnew bħala parti mill-kompetizzjoni ta’ Junior Achievement Young Enterprise Malta Foundation (JAYE).

L-istess studenti esebixxu xogħolhom u ngħataw iċ-ċans ibigħu l-prodotti tagħhom waqt il-fiera tal-JAYE. F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem 17-il tim magħmula minn studenti ġejjin mill-post-sekondarja li jagħmlu parti mill-“company programme”.

Aqra aktar

FILMAT: “Magħmudija tal-ħalib”

Meta s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes mexxa l-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea fil-bini l-ġdid tal-istess kunsill spikkaw il-protesti b’rabta mal-prezz tal-ħalib.
Biex nistgħu ngħidu li l-binja l-ġdida tal-Kunsill kellha “magħmudija tal-ħalib” għax spikkat ix-xena bajda ta’ 1,100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib.

Prodotti mill-Ukrajna miżmuma – biża’ li jmarrdu bhejjem Maltin

Ammont ta’ prodotti mill-annimali, prodotti tal-ikel u anke xorb kienu miżmuma dalgħodu f’operazzjoni konġunta mwettqa minn uffiċjali mid-direttorat għas-saħħa ambjentali, id-direttorat responsabbli mir-regolazzjoni veterinarja, id-dwana u d-dipartiment tal-VAT.

L-ikel li joriġina mill-annimali se jiġi meqrud minħabba r-riskju ta’ tixrid ta’ mard preżenti fl-Ukraina, li jista’ jikkawża mard lil bhejjem Maltin.

Dawn il-prodotti kienu se jiddaħħlu fis-suq lokali u nstabu f’vettura ġejja mill-Ukraina. F’operazzjoni simili ftit ġimgħat ilu, kunsinna oħra kienet miżmuma u meqruda. L-awtoritajiet Ukreni kienu informati b’dan kollu.

Aqra aktar

Send this to a friend