privat – One News

Notifiki

Żieda enormi fl-impjiegi mal-privat

Statistika oħra pożittiva fejn jidħlu l-impjiegi f’pajjiżna. Taħt din l-amministrazzjoni kull jum żdiedu 21 impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqiet ta’ xoghol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. L-ikbar żieda kienet innutata fost impjiegi mal-privat.

Aqra aktar

6670 siegħa ta’ xogħol fil-komunità

L-aħbar li f’pajjiżna niżlu taħt it-tliet elef dawk jirreġistraw għal impjieg hija waħda li qed tkun iċċelebrata kemm minn min iħaddem u anke minn min jirrapprezenta l-ħaddiema.
Fil-programm Pjazza tkellmu r-rappreżentanti tal-Malta Employers Association (MEA) u tal-General Workers Union.

Aqra aktar

320 fillings ta’ snien fil-privat – kieku għadhom qed jistennew

L-inizjattivi tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa flimkien mas-settur privat qed ikomplu jissaħħu sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikomplu jinqdew fil-ħin u mingħajr żmien żejjed ta’ stennija. Dan intqal dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet fi klinika dentali privata fiż-Żejtun mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

 Il-Ministru Fearne ħabbar li permezz ta’ skema li ħarġet fl-aħħar ġimgħat, fejn il-Gvern qed jibgħat numru ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu fuq il-listi ta’ stennija għall-mili tas-snin, s’issa saru 320 mili tas-snin fil-privat, liema servizzi ħallas għalihom il-Gvern. Preżentament hemm tlett kliniċi privati li qed jipparteċipaw fl-inizjattiva mal-Gvern u dawn jinsabu fiż-Żejtun, San Ġwann u Birkirkara.

Aqra aktar

Send this to a friend