primarja | One News

Notifiki

Żviluppi notevoli fit-tagħlim bl-użu tat-tablet

Kważi sentejn wara li l-proġett tat-tablets fl-iskejjel ma baqax biss proġett pilota iżda nfirex fl-iskejjel kollha, inkluż dawk tal-Knisja u indipendenti, id-direttur għal-litteriżmu diġitali Emmanuel Zammit saħaq li bdejna naraw xi riżultati li għalkemm huma żgħar qed juru żvilupp tat-tagħlim li jsir fil-klassi u lil hinn minnha.

Aqra aktar

“Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija … Naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom”

Hekk kif is-sena skolastika waslet lejn tmiema, l-istudenti tal-iskola Primarja B ta’ Ħaż Żabbar, ħasbu li jirringrazzjaw lill-Pulizija li ta’ kuljum jieħu ħsieb iż-żamma tal-ordni tat-traffiku fit-toroq ta’ madwar l-iskola.

It-tfal kitbu messaġġ ta’ ringrazjament prominenti bil-kliem “Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija, naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom” kif ukoll iffirmaw din il-kartolina wieħed wieħed u waħda waħda.

Ta’ kuljum għadd kbir ta’ Pulizija minn diversi għases differenti, fil-ħinijiet li t-tfal jidħlu u joħorġu mill-iskejjel jagħmlu xogħol importanti ħafna li permezz tiegħu jiġi mmaniġjat it-traffiku fit-toroq kollha tal-madwar.

Inawgurata sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ

Ġiet inawgurata sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. ‘Sala Dun Karm’ hija frott ta’ ħidma li saret matul is-Sajf dan hekk kif inħasset il-ħtieġa li din l-iskola, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju, jkollha sala ġdida.  Bl-istudenti apprezzaw ferm il-ħidma li saret biex issa se jkollhom sala ġdida fl-iskola, u fl-okkażjoni ta’ din l-inawgurazzjoni qraw poeżiji tal-poeta nazzjonali.

Aqra aktar

Sab soluzzjoni prattika għad-domanda “Sir, nista’ mmur it-toilet?”

Għalliem fl-iskola primarja tal-Għargħur ġibdilna l-attenzjoni, bl-idea tiegħu ta’ ‘toilet station’. Jgħid li jħossu urtat li waqt il-lezzjonijiet it-tfal jinterrompu biex jistaqsu jistgħux jmorru t-toilet.

Għalhekk ħareġ b’idea – kull tifel u tifla jpoġġi s-sapun, xugaman u marker f’rokna partikolari tal-klassi. Meta jiġu biex imorru t-toilet, m’hemmx għalfejn isaqsu. Iridu l-ewwel jaraw hemmx ħaddieħor li diġa’ mar, u wara jirraġunaw bejnhom u bejn ruħhom jekk hux ħin tajjeb li jmorru jew inkella hux se jitilfu xi ħaġa importanti.

Meta jiddeċiedu li hu ħin tajjeb u m’hemm ħadd iktar, iniżżlu isimhom fuq whiteboard u xħin jiġu lura, iħassruh. L-għalliem Heathcliffe Schembri jissekriviha bħala sitwazzjoni “win-win”. Intom x’taħsbu?

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Entużjasti anke jekk li jqumu kmieni ma togħġobhomx

Illum studenti ta’ kull etá jirritornaw lura l-iskola biex jibdew sena skolastika ġdida. Iżda jispikka l-eċitament fost l-istudenti li se jkunu qegħdin iżanżnu skola ġdida f’Ħal Kirkop. Dawn l-istudenti se jkunu qed jagħmlu tranzizzjoni mill-iskola Primarja għal dik Sekondarja. Fi żjara li għamel ONE NEWS f’din l-iskola, wieħed jista’ jinnota l-eċitament fost l-istudenti biex jaraw min se jkollhom fl-istess klassi tagħhom u liema għalliema se jgħallmuhom.
Aqra aktar

Tmurx l-iskola waħdek, imma bum a lift!

App fuq il-mobile se tiffaċilita li wieħed jiftiehem ma xi ġenitur jew student ieħor biex iwasslu lil xulxin l-iskola.

Din is-sena għoxrin skola primarja u sekondarja, kif ukoll l-Universita ta’ Malta se tkun rreġistrata li tista tuża din l-applikazzjoni bl-isem ta’ Bum A Lift, wara s-suċess tal- proġett pilota tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Send this to a friend