Prim Minsitru – One News

Notifiki

FILMAT: “Malta kisbet appoġġ unanimu u importanti” – Il-Prim Ministru

 

Kien sinjifikanti u importanti l-appoġġ unanimu tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għal mod kif Malta ħadmet fil-każ tal-MV Lifeline. Qal dan il- Prim Ministru Joseph Muscat, f’ intervista rrekordjata li xxandret fu ONE radio, ftit jiem wara li l-Mexxejja Ewropej iltaqgħu fi Brussell f’summit li ddiskuta l-immigrazzjoni.

“Ġinbnih bil-kliem u bl-iktar mod ċar kif ukoll fid-dettalji… li fil-fehma tiegħi huma iktar importanti,” qal Joseph Muscat li rrefera għal kummenti tal-President tal-Kunsill Ewropea li l-azzjoni tal-gvern Malti għandha appoġġ Ewropew.Aqra aktar

Miżuri b’saħħithom għall-baġit li jmiss

Id-deċiżjoni ta’ Fitch li ttella’ l-grad ta’ pajjiżna minn A għal A+, se tkun waħda li se tkompli ttejjeb il-qagħda ekonomika ta’pajjiżna.
Dan spjegah il-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku li għamel fuq One Radio. Hu saħaq li permezz tal-grad ogħla li rċieva pajjiżna, jinsab moħħu mistrieħ li fil-baġit li jmiss se jkunu jistgħu jiddaħħlu iktar miżuri, li lkoll se jtejbu l-kwalità t’għajxien tal-poplu Malti.

“Pajjiżna ta kontribut li jmur lil hinn mill-istorja tal-UE” – Joseph Muscat fi Strasburgu

Meta kien qed jitkellem fi Strasburgu fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li tul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fi żmien qasir pajjiżna ta kontribut li jmur lil hinn mill-istorja kbira ta’ din l-Unjoni.

Il-Prim Ministru rrefera għal bosta dossiers li ngħalqu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, waqt il-Presidenza Maltija.

Semma fost l-oħrajn it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming u leġislazzjoni importanti biex l-istati membri jkunu marbuta ma’ regoli dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

Aqra aktar

Is-Sibt hu appuntament ieħor mad-destin

“Fadal biss erbat ijiem biex il-poplu Malti jibgħat messaġġ ċar li jrid li l-bidla tkompli permezz ta’ dan il-Gvern u ta’ dan il-moviment.”

F’Ħal Qormi l-Prim Ministru ddeskriva l-jum tas-Sibt bħala jum ieħor fejn il-poplu għandu jiddetermina d-destin. Fil-fatt qal li dan hu vot li se jkun qed jiddeċiedi d-destin ta’ dan il-pajjiż. “Jekk inkomplux mexjin ‘il quddiem jew jekk nieqfux nofs triq,” qal il-Prim Ministru meta ddeskriva l-għażla tal-poplu.

Fid-diskors tiegħu quddiem folla mill-isbaħ il-Prim Ministru qal li jinsab konvint li l-Partit Laburista għandu l-aqwa pjan bl-aktar prinċipji ċari. Dan filwaqt li ħaddieħor għandu biss kollezzjoni ta’ wegħdiet li ma jgħamlux sens. Sostna kif Gvern Laburista għandu pjan ċar u konkret li jfisser aktar ġid u li jġib aktar investiment u aktar xogħol.

Aqra aktar

Id-dsatax-il jum tal-kampanja; il-Prim Ministru mis-suq tal-Belt Valletta

Għad-dsatax-il jum tal-kampanja elettortali l-Prim Ministru llum tkellem mis-suq tal-Belt Valletta. Suq li bħalissa qed isir investiment ta’ aktar minn €13 miljun, li se jkun qed jimpjega għexieren ta’ persuni ftit tax-xhur oħra. Dan hekk kif se jkun qed ikollna suq ġdid, postijiet kummerċjli u kif ukoll postijiet kulturali.

Il-Prim Ministru spjega kif illum jinsabu fuq żjara fil-Belt Valletta, dan sabiex jitkellmu aktar dwar il-qasam tal-kultura u l-qasam li huma jħossu li mhuwiex biss qasam soċjali iżda wkoll qasam ta’ tkabbir ekonomiku.

Aqra aktar

Bżonn ta’ sinerġija bejn servizzi finanzjarji u t-teknoloġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza ta’ Finance Malta, istituzzjoni dwar is-settur finanzjarju  li qed tfakkar għaxar snin mit-twaqqif tagħha.

F’diskorsu Muscat qal li l-iżvilupp finanzjarju hu mutur maġġuri f’Malta li ħoloq eluf ta’ xogħlijiet. Dan sar b’numru ta’ fatturi, fosthom mentalità li għandna ‘we get things done‘ u b’etika tax-xogħol tajba li nibtet fost in-negozji.

Fid-dawl li issa Finance Malta qed tindirizza ‘the next quantom leap‘ wara għaxar snin, il-Prim Ministru qal li l-istrateġija li jmiss għandha tkun imnebbħa mid-diġitalizzazzjoni.

Aqra aktar

Joseph Muscat b’messaġġ mill-uffiċċju

F’messaġġ permezz ta’ filmat fuq il-paġna tal-midja soċjali Facebook, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem dwar kif fit-tieni jum tal-kampanja, l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna, il-Partit Laburista ħareġ bl-ewwel ħames prijoritajiet.

Fil-jiem li ġejjin il-Prim Ministru qal li x-xewqa hi li jiffokaw fuq kif se jnaqssu aktar it-taxxi lil kull min jaħdem, li jiżdiedu l-penzjonijiet għall-anzjani, li jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa, li jgħinu lil min irid jixtri propjetà u ma jiflaħx jagħti jew min irid ikabbar, u semma ukoll kif fuq seba’ snin se jkunu qed isiru t-toroq tal-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend