Prim Ministru Joseph Muscat – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jmexxi l-aħħar laqgħa tal-Kabinett

Illum il-Prim Ministru, Joseph Muscat mexxa l-aħħar laqgħa tal-Kabinett.

ARA: Il-messaġġ tal-PM Joseph Muscat fl-okkażjoni tal-Ewwel tas-Sena

Fid-diskors tiegħu, fl-okkażjoni tal-aħħar tas-sena l-Prim Ministru stqarr: “Is-sena li qed intemmu flimkien kienet sena ta’ sfidi. Kienet sena ta’ riżultati. Sena ta’ deċiżjonijiet uħud minnhom iebsa, iżda l-aktar importanti, kienet fuq kollox sena tan-nies, tal-familji, taż-żgħażagħ, tal-anzjani, tal-istudenti, tat-tfal li għadhom se jibdew din id-dinja.”

“Id-deċiżjonijiiet kollha li ħadt, id-deċiżjonijiet kollha li ħadna, id-deċiżjonijiet kollha li rridu nieħdu fil-futur, id-deċiżjonijiet li jrid jieħu min se jkun qed imexxi lil pajjiżna fis-sentejn u nofs li ġejjin iridu jkunu dejjem ibbażati fuq ħaġa waħda: il-bżonnijiet tal-familji Maltin u Għawdxin”, sostna Dr Muscat.

“Il-politika x’inhi jekk mhux għodda u mezz biex permezz tagħha nkunu nistgħu nġibu d-differenza fil-ħajja tan-nies.”

“Jien kburi li tul dawn l-aħħar kważi seba’ snin mexxejt Gvern li jaħdem sabiex inġibu din id-differenza fil-ħajja tan-nies.”

“Inħares lura pereżempju lejn fejn konna f’dik li hija ekonomija u ngħid ara t-triq li mxejna flimkien.”

“Illum għandna ekonomija li qed trendi, li mhux qed tkun ta’ piż fuq in-nies iżda ekonomija li bil-maqlub qed tħalli l-ġid sabiex dan jintuża min-nies, l-aktar minn dawk li l-aktar li għandom bżonn fis-soċjetà tagħna”. sostna l-Prim Ministru.

 Dr Mucat sostna: “Bl-ekonomija li saħħaħna lbieraħ, li qed nindukraw illum u li persważ li se tibqa’ tiġi mħarsa għada, stajna nagħtu l-għajnuna tant meħtieġa lil ħafna nies li qabel kienu jbatu waħidhom fi skiet ta’ darhom mingħajr ma jkunu jistgħu jitkellmu dwar l-isfidi li għaddejjin minnhom. Ħdimna sabiex il-pagi jiżdiedu u llum il-pagi f’Malta huma fost l-iktar pagi b’saħħithom fl-Unjoni Ewropea kollha u dan kollu waqt li assigurajna li tiżdied il-paga minima nazzjonali u llum kburi li ħadd ma jista’ jkun fuq il-paga minima għal aktar minn sena waħda biss.”

“Stajna nwieżnu lill-anzjani għal darba wara l-oħra fil-pensjonijiet tagħhom u għaliex dan? Għax fhimna li dawn il-persuni, l-anzjani tagħna, huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.”

“Tajna u qed nagħtu għajnuna lill-ħaddiema billi jkun hemm tnaqqis tat-taxxa sena wara l-oħra billi ninċentivaw aktar ix-xogħol, billi ngħinu aktar nies isiru ħaddiema u jidħlu fid-dinja tax-xogħol fost oħrajn b’għajnuniet bħaċ-childcare b’xejn. Ridna nagħtu d-dinjità lill-persuni b’diżabilità permezz tax-xogħol, u dan kif tista’ tagħtiha d-dinjità? Permezz tax-xogħol, u llum kburi mmens li n-numru ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol żdied bla preċedent u fl-istess nifs kburi li qed nagħtu f’għajnuna l-paga minima nazzjonali lil dawk il-persuni b’diżabilità severa li bl-ebda mod ma jistgħu jidħlu f’din id-dinja tax-xogħol.”

Il-Prim Ministru tenna: “Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li qed inkunu ta’ tarka għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli f’pajjiżna.”

“Qed ngħinu pereżempju lill-koppji żgħażagħ li jkunu qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom u lil dawk iż-żgħażagħ u koppji oħra li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux ikollhom iċ-ċans li jħaddnu magħhom tarbija u jsejħulha binthom jew binhom u llum jistgħu hekk minħabba s-servizz b’xejn tal-IVF.”

“Ħdimna sabiex ikun hawn aktar drittijiet ċivili u l-legat ta’ dan il-Gvern huwa żgur ħaġa waħda mal-fatt li rnexxielna niksbu tant fi żmien tant qasir u dan għal ħafna nies li kienu prattikament fil-periferiji tas-soċjetà tagħna. Dan għamilnieh fost l-oħrajn bl-introduzzjoni taż-żwieġ ugwali li għal ħafna persuni dan id-dritt kien meqjus bħala qisu xi ħolma li seta’ jsir f’pajjiżi oħra, imma qatt ma ħasbu li seta’ jsir hawnhekk ġewwa pajjiżhom.”

“Ħdimna u qed naħdmu biex attirajna investimenti ġodda, ħloqna u saħħaħna setturi ġodda tal-ekonomija u għinna lin-negozji sabiex jinvestu aktar fosthom permezz tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li minnhom gawdew fuq kollox il-familji Maltin u Għawdxin.”

“Rajna li Għawdex ukoll jikber bl-istess pass ta’ Malta u llum fil-fatt, Għawdex qed jikber b’rata aktar mgħaġġla minn Malta; dan għamilnieh billi nċentivajna x-xogħol, billi ġibna investiment li kien bla preċedent fuq il-gżira Għawdxija u billi tajna l-ħajja lil din il-gżira b’attivitajiet u iniżjattivi kontinwi.”

“Bdejna nagħtu sinjali ċari u b’saħħithom f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent billi poġġejna quddiem dan il-pajjiż miri ambizzjużi ħafna fost oħrajn l-eliminazzjoni tal-użu ta’ darba tal-plastik. Mhux biss, qed nagħmlu miri ambizzjużi oħra f’dak li għandu x’jaqsam mal-karozzi elettriċi sabiex ikun hemm changeover minn karozzi li jaħdmu bi fjuwil li mdorrijin bih, u li se jwassal biex jitnaqqas bil-kbir mill-ġdid it-tniġġiż f’pajjiżna u fil-lokalitajiet tagħna.”

Il-Prim Ministru temm il-messaġġ tiegħu billi qal: “Tul din is-sena komplejna l-ispinta bla preċedent fil-qasam tal-infrastruttura fejn qed inlestu lil Malta għall-futur, għandna issa infrastruttura li verament tista’ teħodna fil-futur.”

Il-PM: “Jien inwieġeb bil-fatti”


Fejn ħaddieħor parla aħna wasalna bil-fatti. Din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat b’rabta ma’ diversi allegazzjonijiet qarrieqa li qegħdin isiru mal-aħħar żviluppi fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

Il-PM dejjem insista li l-Europol jibqgħu involuti


“Il-Prim Ministru dejjem qalilna – sabiex nieħdu l-azzjonijiet kollha li ridu aħna u li hemm bzonn, u make sure li l-Europol dejjem ikunu involuti.” 

Iddikjara dan l-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji l-Ispettur Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

Send this to a friend